Nagħtu Merħba liż-Żgħażagħ mill-Commonwealth
pr1008
05/07/2005
| “Żgħażagħ | Maltin u Għawdxin ser ikollhom opportunità sabiħa li jagħmlu esperjenza ta’ ġimgħa jgħixu ma’ żgħażagħ minn ħafna pajjiżi tal-Commonweatlh. Dawk iż-żgħażagħ li ser jintgħażlu u jimpenjaw ruħhom żgur ser jitgħallmu ħafna, jieħdu gost u jkollhom esperjenza li ma jinsewhix.” Din l-istedina għamilha Louis Galea, il-Ministru responsabbli miż-żgħażagħ meta nieda l-Forum taż-Żgħażagħ tal-Commonwealth li ser jiltaqa’ f’Malta f’Novembru li ġej. |
| F’Novembru | li ġej Malta se tospita bosta laqgħat importanti relatati mal-laqgħa tal-Kapijiet ta’ Gvernijiet ta’ l-iStati tal-pajjiżi tal-Commonwealth (CHOGM). Il-Forum taż-Żgħażagħ tal-Commonwealth (CYF), li stabilixxa ruħu bħala wieħed mill-avvenimenti prinċipali relatati maċ-CHOGM ser ikun qed jiltaqa’ f’Malta bejn is-16 u t-23 ta’ Novembru 2005. Dan se jkun qed jiġi ospitat mill-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ u x-Xogħol (permezz tas-Sezzjoni Żgħażagħ) bi sħab mal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ, il-Commonwealth Youth Programme fi ħdan is-Segretarjat tal-Commonwealth, u l-Commonwealth Youth Exchange Council. Kull pajjiż tal-Commonwealth ġie mistieden jibgħat żewġ delegati biex jipparteċipaw fil-CYF. Malta, bħala l-pajjiż ospitant, se tkun rappreżentata minn delegazzjoni ikbar. Il-koordinatur tal-Konferenza huwa Jean Paul De Lucca filwaqt li Anabelle Vassallo qed tirrapreżenta lill-Ministru taż-Żgħażagħ. |
| Il-Forum taż-Żgħażagħ | tal-Commonwealth huwa wieħed mill-iktar laqgħat importanti li jsiru fi żmien iċ-CHOGM u huwa opportunità mill-aqwa għal żgħażagħ mill-pajjiżi kollha imsieħba fil-Commonwealth biex jiltaqgħu ma’ xulxin, jiddiskutu temi differenti, u joħorġu bi pjanijiet ta’ azzjoni u rakkomandazzjonijiet li mbagħad ikunu ppreżentati lill-mexxejja tal-pajjiżi li se jkunu qed jattendu ċ-CHOGM. |
| It-tema | prinċipali tal-CYF se tkun l-istess bħal taċ-CHOGM, “L-iżvilupp permezz tan-Networking” (Networking for Development). Fost it-temi li se jiġu |
| diskussi f’Novembru hemm l-iŻvilupp Sostenibbli, iċ-Ċittadinanza | Attiva, it-Tmexxija Tajba, l-Intrapriża, is-Saħħa u s-Sesswalità, l-Edukazzjoni u d-Drittijiet tal-Bniedem. |
| Applikazzjoni | minn madwar il-Commonwealth |
| F’Mejju | li għadda, il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ u x-Xogħol Louis Galea, stieden lill-ministeri u aġenziji responsabbli miż-żgħażagħ fil-pajjiżi kollha tal-Commonwealth biex jinnominaw żewġ żgħażagħ (ġuvni u tfajla) biex jirrapreżentaw liż-żgħażagħ u l-għaqdiet taż-żgħażagħ tal-pajjiżi rispettivi tagħhom fil-Forum taż-Żgħażagħ tal-Commonwealth. It-tim inkarigat mill-ippjanar tal-CYF 2005 diġa’ beda’ jirċievi konfermi ta’ parteċipazzjoni minn għadd ta’ pajjiżi minn madwar il-Commonwealth. |
| Applikazzjonijiet | minn Żgħażagħ Maltin |
| L-organizzaturi | tal-CYF diġà kitbu lill-Kunsilli Lokali ta’ Malta u Għawdex u lill-iktar minn 150 għaqda taż-żgħażagħ biex jinnominaw persuni ta’ bejn is-16 u l-25 sena biex minn fosthom jintgħażlu delegati biex jipparteċipaw fil-CYF. L-organizzaturi se jaħdmu biex id-delegazzjoni Maltija tkun varjata kemm jista’ jkun biex tirrappreżenta bl-aħjar mod possibbli l-firxa wiesa’ ta’ żgħażagħ Maltin u l-organizzazzjonijiet tagħhom. Id-delegati Maltin se jkunu qed joqgħodu mad-delegati l-oħrajn fil-post fejn se jkun qed jiltaqa’ l-Forum u se jkunu jistgħu jieħdu sehem sħiħ fil-programm kulturali. L-organizzaturi ser jiffurmaw ukoll grupp ta’ voluntiera biex jassistu fl-organizzazzjoni ta’ dan l-avventiment importanti. |
Kopja tal-formola ta’ l-applikazzjoni tista’ tinkiseb minn fuq il-website tal-CYF (www.CYF2005.info)
Iktar informazzjoni tista’ tinkiseb mis-Sezzjoni Żgħażagħ fi ħdan il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ u x-Xogħol jew mill-kumitat organizzattiv tal-CYF 2005 (e-mail: cyf2005@gov.mt)
L-applikazzjonijiet jibqgħu jintlaqgħu sal-25 ta’ Lulju, 2005.
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946