Left arrow Go Back

Ix-xogħol li għaddej fis-sit tal-Buskett

pr1007
Date Icon 05/07/2005
Ix-xogħolta’ żbir, tindif u tiswija li qed iseħħ bħalissa fil-Buskett huwa teknikament korrett u qed isir biex ikun żgurat li l-ambjent tal-inħawi jkun salvagwardat.
Kuntrarjugħal dak li kien rappurtat f’xi sezzjonijiet tal-media, ix-xogħol kollu qed isir wara li jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha u tingħata l-akbar attenzjoni biex ix-xogħol ma jagħmel ebda impatt jew ħsara fuq il-ħajja naturali tal-Buskett.  Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent għalhekk jiddikjara li mhux veru li xi siġar qed jinqatlu jew li qed jinqatgħu xi siġar mill-bosk.  Iż-żbir li qed isir se jwassal biex is-siġar ikunu riġenerati.  Dan huwa proċess li jsir regolarment.
Wieħedmir-ritratti li kien ippubblikat kien dak ta’ siġra magħrufa bħala ”sumakka”.  Din hija tip ta’ siġra li hija illegali li tikber f’Malta u għalhekk huwa ta’ ġid li din titneħħa għaliex din tikkawża ħsarat fejn tikber.
Ix-xogħolkollu qed isir minn persuni kwalifikati f’dan ix-xogħol.  Irid jingħad li x-xogħol jinkludi l-ftuħ mill-ġdid tal-passaġġ minn fejn jgħaddi l-ilma, bini u restawr ta’ ħitan tas-sejjieħ li għandhom mijiet ta’ snin u t-tneħħija ta’ pjanti, bħal-liedna, li qed jikkawżaw dannu kemm lis-siġar kif ukoll lill-ħitan tas-sejjieħ.
Wieħedmill-għanijiet ewlenin tax-xogħlijiet huwa li jnaqqas kemm jista’ jkun ir-riskju ta’ nirien li jistgħu jiġu kkawżati mill-ħaxix li jikber taħt is-siġar (undergrowth).  Barra minn hekk, il-ħerbiċidi li qed jintużaw mhumiex perikolużi u qed jintużaw biss f’dawk il-każijiet fejn pjanti qed jikkawżaw ħsara lill-ħitan tas-sejjieħ fil-passaġġi.
L-impenn tal-Gvern favur il-ħarsien ta’ siti importanti bħalma hu l-Buskettkien konfermat propju f’dawn il-jiem bit-twaqqigħ permezz ta’ azzjoni diretta mill-MEPA fuq numru ta’ strutturi illegali li jinsabu fil-post.  Il-Gvern se jibqa’ determinat li jħares bil-mezzi kollha u jagħmel monitoraġġ ta’ siti bħalma hu l-Buskett biex dan ikompli jissebbaħ u jkun jista’ jitgawda mill-ġenerazzjonijiet futuri.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow