MAĦRUĠ IL-PERMESS GĦAT-TWAQQIF TA’ TINDA GĦALL-KAROZZINI
pr1006
05/07/2005
| L-Awtorità | ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, il-MEPA, approvat il-ħruġ ta’ permess għat-twaqqif ta’ tinda għall-karozzini fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta. |
| Il-permess | inħareġ nhar it-Tlieta 28 ta’ Ġunju wara applikazzjoni li saret mill-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta, li hija l-awtorità regolatorja għat-trasport bil-karozzini. Bħalissa hemm erba’ applikazzjonijiet pendenti oħra għat-twaqqif ta’ tined oħra għall-istess skop f’żoni oħra. |
| Din | l-istruttura se tipprovdi kenn liż-żwiemel li ta’ kuljum jitpoġġew fil-pjazza bħala attrazzjoni għat-turisti li jużaw il-karozzini. |
| Ta’ | min ifakkar li t-tinda li kien hemm qabel kienet illegali u kienet inqalghet wara insistenza mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta. |
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946