PREZZ SUSSIDJAT GĦALL-ISTUDENTI U ŻGĦAŻAGĦ LI JIXTIEQU JATTENDU L-KUNĊERT TA’ RICCARDO MUTI
pr1005
04/07/2005
| Il-Ministeru | ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol fi sħubija mar-Renaissance Production Limited b’kollaborazzjoni mar-Ravenna Festival ftiehem fuq skema biex jinkoraġġixxi studenti tal-mużika, studenti oħra u żgħażagħ, jattendu l-kunċert eċċezzjonali ta’ Maestro Riccardo Muti. Dan il-kunċert ser jiġi esegwit mill-Orkestra Luigi Cherubini fiċ-Ċentru Mediterran għall-Konferenzi nhar is-Sibt 9 ta’ Lulju, 2005. |
| Għal | dan l-iskop il-Ministeru qed jissusidja numru ta’ biljetti fil-gallerija taċ-Ċentru Mediterran għall-Konferenzi. B’hekk biljett li qed jinbiegħ għall-prezz ta’ Lm35, ser jinbiegħ bi prezz sussidjat għall-istudenti tal-mużika bil-prezz ta’ Lm5, u għal studenti u żgħażagħ bil-prezz ta’ Lm15. |
| Dawk | l-istudenti jew żgħażagħ ( minn 16-il sena ‘l fuq) li huma nteressati li jattendu għal dan il-kunċert għandhom jimlew formola mill-Customer Care tal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol sa’ nhar l-Erbgħa 6 ta’ Lulju, 2005. Imbagħad il-biljetti jistgħu jinġabru nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Lulju, 2005 mill-Policy Unit tal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol. Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb fuq in-numru 2598 2304 jew billi tintbgħat e.mail fuq annabelle.m.vassallo@gov.mt |
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946