WIRJA MINN ARTISTI TA’ SITT ĠENERAZZJONIJIET
pr1004
04/07/2005
| Bħala parti mill-Festival tas-Sajf | 2005 qed tkun organizzata wirja ta’ l-arti viżiva fil-Valletta Waterfront. F’din il-wirja se jipparteċipaw artisti minn sitt ġenerazzjonijiet differenti. |
| L-aktar ġenerazzjoni anzjana li se | tipparteċipa f’din il-wirja hi dik ta’ aristi li twieldu fil-bidu tat-tieni kwart tas-Seklu 20. Dawn huma George Fenech (imwieled 1926) u Gabriel Caruana u Harry Alden (it-tnejn imwielda fl-1929). Alfred Chircop, Ġanni Bonnici, Joseph L. Mallia u Joseph Casha jirrapreżentaw it-tieni ġenerazzjoni ta’ artisti kontemporanji Maltin. Dawn twieldu fis-snin 30. |
| L-artisti li se jirrapreżentaw it-tielet | ġenerazzjoni, dawk imwielda wara t-Tieni Gwerra Dinjija, jinkludu lil Paul Haber, Ray Pitre, Richard Saliba, Charles Cassar, Paul Carbonaro, Tony Sciberras u Carmel Micallef. Ir-raba’ ġenerazzjoni ta’ artisti, dik ta’ wara s-snin 50, tinkludi lil Alfred Camilleri, Twanny Camilleri, Sina Farrugia, Charles Sammut, Eman Grima, Dione Borg, Zell Osborne, Luciano Micallef, Joseph Saliba, Walter Vella, Ray Azzopardi, Carmen Pizzuto, Alex Dalli, Vincent Briffa u Paul Scerri. |
| L-artisti li qed jirrapreżentaw lill-ħames | ġenerazzjoni f’din il-wirja, jiġifieri dawk li twieldu fis-snin 60, jinkludu lil Sarah Proudler, Anthony Spangnol, Paul Vella Critien, Toni Grimaud, Pierre Portelli, George Muscat, Ivan Fenech, Raphael Vella u Anton Grech. Is-sitt ġenerazzjoni ta’ artisti li twieldu fis-snin 70 hi rappreżentata minn Kenneth Grima u Austin Camilleri. |
| Meta | inawgura din il-wirja l-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech qal li l-Festival tas-Sajf 2005 kien jinkludi xogħlijiet mużikali, żfin, letteratura, drama u arti viżiva. Hu qal li dan il-festival, mifrux fuq xahrejn, kellu xi ħaġa għal kulmin iħobb isegwi attivitajiet artistiċi, mużikali u kulturali. |
| “Permezz ta’ attivitajiet bħal dawn | qed nilħqu żewġ skopijiet. L-ewwel skop hu dak li nressqu lill-poplu Malti aktar qrib tal-kultura u t-tieni skop hu li noffru attivitajiet lit-turisti li jkunu qed iżuruna f’dawn iż-żminijiet tas-sena,” qal il-Ministru Francis Zammit Dimech. Hu qal li llum hawn parti nkorraġanti mit-turisti li jżuruna li jiġu għall-kultura u l-arti li jiddistingwuna minn pajjiżi oħra. Hawn ukoll dawk il-viżitaturi li jżuruna għall-wirt storiku ta’ pajjiżna. Francis Zammit Dimech qal li wirjiet bħal dawn jgħaqqdu lit-tnejn flimkien għaliex qed noffru l-arti u l-kultura tagħna f’wieħed mill-postijiet storiċi ta’ pajjiżna. |
| Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura | rringrazzja lil dawk kollha li bil-ħidma tagħhom qed jagħtuna attivitajiet kulturali u artistiċi tul is-sena kollha. Hu qal li l-ħidma ta’ tant nies kien qed tagħmel id-differenza sew għall-poplu Malti kif ukoll għat-turisti li jżuruna. |
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946