Left arrow Go Back

IL-KUMMISSARJU EWROPEW GĦALL-AGRIKOLTURA GĦAL ŻJARA F’MALTA

pr1001
Date Icon 04/07/2005
Il-KummissarjuEwropew għall-Agrikoltura u Żvilupp Rurali Mariann Fischer Boel se tagħmel żjara f’Malta bejn nhar il-Ħamis 7 u nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Lulju, 2005.  Din se tkun l-ewwel żjara tagħha f’Malta minn kemm ilha li nħatret fil-kariga ta’ Kummissarju.
Matuliż-żjara tagħha f’Malta, Fischer Boel se jkollha l-opportunita’ tara mill-qrib ir-realtajiet tas-settur agrikolu lokali.  Hi se tittieħed ukoll Għawdex u se jkollha laqgħa ma’ rappreżentanti ta’ l-għaqdiet u l-koperattivi tal-bdiewa u r-raħħala Maltin u Għawdxin.  Il-programm taż-żjara tal-Kummissarju Ewropew jinkludi wkoll żjara biex ikun muri x-xogħol ta’ titjib u mmodernizzar fil-kumpannija Malta Dairy Products Ltd.  Fischer Boel se żżur ukoll lill-kumpannija Delicata li tipproduċi l-inbid.
Il-qofoltaż-żjara tal-Kummissarju Fischer Boel se jintlaħaq b’laqgħa uffiċjali ma’ delegazzjoni tal-Gvern Malti mmexxija mill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino.  Matul din il-laqgħa mistennija jiġu diskussi temi importanti u attwali bħalma huma l-effetti wara l-ewwel sena sħiħa mis-sħubija fl-Unjoni Ewropea, il-miżuri tal-Pjan għall-Iżvilupp Rurali u l-pożizzjoni ta’ Malta fil-kuntest tar-riformi li qed isiru fil-Politika Agrikola Komuni ta’ l-Unjoni Ewropea.  Fi tmiem il-laqgħa uffiċjali se ssir konferenza ta’ l-aħbarijiet konġunta bejn iż-żewġ naħat.
Il-KummissarjuEwropew se tagħmel ukoll żjara ta’ kortesija lill-Prim Ministru Lawrence Gonzi.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow