Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GHAT-TURIZMU U L-KULTURA FLIMKIEN MAL-MINISTERU GHALL-AFFARIJIET RURALI U L-AMBJENT : KUNDANNA GĦALL-ESTREMIŻMU FIL-KUMMENTI DWAR IS-SITWAZZJONI TAL-KAĊĊA F’MALTA

PR0986
Date Icon 30/06/2005

Il-Gvern itenni l-impenn tiegħu li jibqa’ jkun konformi mal-ftehim li sar ma’ l-Unjoni Ewropea dwar il-kaċċa u l-insib f’pajjiżna.  Filwaqt li se jibqa’ mpenjat li jħares u jinforza dak li kien miksub, il-Gvern jikkundanna l-estremiżmu li qed jintuża minn uħud fil-kummenti tagħhom dwar is-sitwazzjoni tal-kaċċa f’Malta.

Huwa ta’ għajb li esponenti bħal Prof. Arnold Cassola, jipparteċipaw f’attivitajiet li jispiċċaw iħammġu isem Malta għax fihom jiġu espressi argumenti estremi u fatti mhux ikkonfermati.

Huwa ta’ għajb ukoll li f’din il-laqgħa saħansitra saru kummenti li kaċċaturi Maltin jisparaw anke fuq xi turisti waqt li jkunu għall-kaċċa.  Dan juri l-faqar ta’ argumenti li xi wħud huma lesti jirrikorru għalihom sempliċiment għax jargumentaw b’mod emozzjonali u maqtugħ minn kull evalwazzjoni bilanċjata.

Huwa tal-mistħija li persuni bħal Prof. Arnold Cassola, konxju mill-importanza ekonomika tas-settur turistiku, jagħmel din it-tip ta’ ħsara għal skopijiet politiċi f’mument tant sensittiv għal dan is-settur.

Il-Gvern jesiġi li l-għaqdiet tal-kaċċaturi għandhom jeżerċitaw pressjoni fuq il-membri tagħhom biex josservaw ir-regolamenti tal-kaċċa u l-insib sabiex ma jiġix ippreġudikat dak li kien miksub fin-negozjati ma’ l-Unjoni Ewropea.  Min jinqabad jikser dawn ir-regolamenti se jkollu jiffaċċja s-saħħa kollha tal-liġi .

Il-Gvern japprezza l-pożizzjoni adottata mill-Birdlife Malta li ddisassoċjat ruħha minn kull pożizzjoni ntiża biex tagħmel ħsara lil pajjiżna.  Il-Gvern Malti se jibqa’ jagħmel l-almu kollu tiegħu biex ixettel kultura ta’ sostenibbilta’ fil-qasam tal-kaċċa f’pajjiżna bl-għajnuna ta’ għaqdiet Ewropej bħal FACE (Federation of Associations for Hunting and Conservation of the European Union), li llum għandhom relazzjoni ta’ koperazzjoni mal-Birdlife International fuq livell Ewropew.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow