Left arrow Go Back

RIŻULTAT TA’ STĦARRIĠ MID-DIVIZJONI TAS-SAĦĦA DWAR KUMMENTI LI SARU FUQ IMWIET TA’ TFAL LI JITWIELDU WARA L-FERTILIZZAZZJONI ASSISTITA

PR0974
Date Icon 28/06/2005

Wara diversi rapporti li dehru fuq il-mezzi tax-xandir u l-istampa dwar l-imwiet ta’ tfal li jitwieldu wara l-fertilizzazzjoni assistita, id-Divizjoni tas-Saħħa għamlet l-istħarriġ tagħha.    

Il-Konsulent konċernat ġie mitlub jissostanzja l-kumment li huwa għadda fuq il-programm ‘Bondiplus’ dwar l-imwiet ta’ trabi.   

Huwa xjentifikament magħruf li r-rata tal-imwiet f’kazijiet ta’ ‘triplets’ u ‘quadriplets’ (li ġeneralment huma rizultat ta’ fertilizzazzjoni assistita), huwa bil-bosta akbar minn dak ta’ tewmin jew tfal singli.  Dan joħrog ukoll mir-rapport li ssottometta l-konsulent konċernat.   

Għalkemm id-Divizjoni tħoss li l-għażla tal-kliem użat ma kienetx waħda addattata, tħoss li ma hemm l-ebda passi oħra li huma meħtieġa f’dan ir-rigward.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow