Left arrow Go Back

TEKNOLOĠIJA MIFRUXA FIL-KURRIKULU KOLLU

PR0928
Date Icon 20/06/2005

“L-użu tal-kompjuter jgħin lill-istudenti jiksbu marki aħjar fl-eżamijiet f’suġġetti bħall-Ingliż, Matematika u Xjenza.  Minn stħarriġ li sar barra, jirriżulta li t-tfal jimmotivaw ruħhom ħafna aktar meta jagħmlu użu mit-teknoloġija u b’hekk jiksbu riżultati aħjar.”  Dan qalu l-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol Louis Galea meta iltaqa ma’ numru ta’ għalliema li bħalissa qed jitħarrġu u jaħdmu flimkien biex jiżviluppaw materjal għat-tagħlim tas-suġetti permezz ta’ l-ICT.

Filwaqt li fil-livell primarju l-kompjuters jintużaw bħala għodda tat-tagħlim fuq diversi suġġetti fil-livell sekondarju t-teknoloġija tintuża aktar biex wieħed jitħarreġ fis-suġġett, infatti diġa’ qed jingħata taħrig lill-istudenti kollha fl-iskejjel Sekondarji biex ikollhom il-ħiliet bażiċi li jwassluhom għaċ-ċertifikazzjoni ta’ l-ECDL (European Computer Driving Licence).  Id-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni flimkien mad-Dipartiment tat-Teknoloġija qed taħdem biex anke fil-livell sekondarju tingħata spinta lill-użu ta’ l-Informatika bħala għodda ta’ tagħlim fis-suġġetti kollha u l-parti kbira ta’ l-iskejjel sekondarji laqgħu din l-isfida bi ħġarhom.   

Biex jintlaħaq dan l-iskop, li l-istudenti jagħmlu użu ta’ l-Informatika fis-suġġetti kollha, id-Dipartiment tat-Teknoloġija fl-Edukazzjoni (DTiE) tella’ diversi Staff Development Meetings fejn ġiet enfasizzata l-importanza li l-kompjuters jintużaw bħala għodda ta’ tagħlim waqt il-lezzjonijiet.  Il-pjan hu li l-użu ta’ l-ICT jiġi ntegrat fil-pjan ta’ l-iżvilupp ta’ l-iskejjel sekondarji u l-istess skejjel se jiġu megħjjuna jfasslu politika dwar l-użu tat-teknoloġija fil-kurrikulu (ICT Across the Curriculum School Policy).  

L-użu ta’ l-ICT mhux biss ta vantaġġ għall-istudenti imma wkoll għall-għalliema.  Dawn mhux biss jistgħu joħolqu lezzjonijiet aktar iffokati, imma jistgħu jikkolaboraw lokalment ma’ għalliema u persuni oħrajn kif ukoll ma’ dawk f’pajjiżi barranin, jistgħu jaqsmu bejniethom riżorsi, jakkwistaw aktar flessibbiltà fit-tagħlim, kif ukoll jiksbu kunfidenza u entużjażmu fil-professjoni tagħhom.  Għalhekk id-DTiE organizzat taħriġ speċjalizzat għall-għalliema dwar l-użu ta’ l-informatika fis-suġġetti tagħhom u dawn issa jistgħu jħarrġu l-għalliema l-oħra sħabhom fl-iskejjel rispettivi.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow