Left arrow Go Back

155,000 SERVIZZ TAL-GVERN QED JINGĦATA B’MOD ELETTRONIKU

PR0927
Date Icon 20/06/2005

Il-ħlas tat-taxxa jista’ jsir online

“Kull xahar 155,000 servizz tal-Gvern qed jingħata b’mod elettroniku.” Dan qalu l-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni Austin Gatt meta flimkien mas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi Tonio Fenech, indirizzaw konferenza ta’ l-aħbarijiet li fiha ġie mniedi servizz elettroniku ġdid relatat mal-ħlas tat-taxxa.  

Tonio Fenech qal li d-Dipartiment tat-Taxxi Interni beda joffri s-servizzi online permezz tal-Internet minn Settembru 2002. Huwa saħaq li d-Dipartiment dejjem ikkonsidra t-teknoloġija ta’ l-informatika, inkluż l-Internet, bħala għodda essenzjali biex itejjeb l-operat tiegħu kif ukoll biex joffri servizz aktar effiċjenti lit-taxpayers.

Dan huwa r-raba’ servizz elettroniku offrut mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni. L-ewwel servizz li kien ġie mniedi kien immirat lejn il-kumpaniji. Permezz tiegħu dawn setgħu jibagħtu l-formola tat-taxxa ta’ kull sena flimkien mal-Financial Statements permezz tat-TIFD (Tax Information of Financial Data). Fl-2004, 11,767 formoli tal-kumpaniji ntbagħtu permezz ta’ l-Internet, li jfisser li 78 fil-mija tal-formoli mibgħuta ntbagħtu online.

It-tieni servizz li kien daħal fis-seħħ fid-Dipartiment tat-Taxxi Interni kien jolqot primarjament lill-employers li jimpjegaw 30 ħaddiem jew aktar. Dan kien introdott f’Jannar 2004. Għas-sena 2004, 1099 employer li bejniethom jimpjegaw 109,001 ħaddiem bagħtu l-informazzjoni elettronikament. Din is-sena, sa Mejju 1508 employer li bejniethom jimpjegaw 107,252 ħaddiem bagħtu l-informazzjoni elettronikament.  

It-tielet servizz kien introdott f’Awissu 2004, fejn il-ħlas ta’ l-Income Tax u tas-Sigurta’ Socjali (it-tieni klassi) seta’ jsir permezz ta’ l-Internet. Dan is-servizz kien estiż fl-2005 għall-ħlas permezz ta’l-Internet Banking offruti mill-Bank of Valletta u l-HSBC. F’April ta’ din is-sena saru 1,347 pagament online minn kumpaniji jew individwi għall-ħlas tat-Taxxa Provviżorja jew kontribuzzjonijiet tas-Sigurta’ Soċjali.  Dan jirrappreżenta 5.6 fil-mija tal-pagamenti kollha li saru għal dan l-instalment.

Ir-raba’ servizz li qed ikun introdott illum se jagħti l-faċilita’ lill-individwi biex ikunu jistgħu jibgħatu l-formola tat-taxxa tagħhom permezz ta’ l-internet. Permezz ta’ dan is-servizz l-individwi se jkunu jistgħu ukoll iħallsu bl-internet xi bilanċ ta’ taxxa li jista’ jkun għadu dovut u jara wkoll informazzjoni li għandu d-dipartiment dwar it-Tax Statement u t-Tax Return Status.  

Il-Ministru Austin Gatt spjega li għas-sigurtà tal-klienti, min juża dan is-servizz irid jipprova l-identità tiegħu bis-sistema ta’ l-eID (identita’ elettronika). Fil-fatt is-servizz ta’ l-identità elettronika huwa pilastru essenzjali biex il-Gvern ikun jista’ jibda jintroduċi servizzi li bihom persuni jistgħu jafdaw informazzjoni personali tant delikata.  

Il-Ministru Austin Gatt kompla li s’issa t-teknoloġija fil-Gvern kienet fażi miżjuda fil-proċess burokratiku. It-teknoloġija trid minflok issir fażi li tieħu post fażijiet oħra tal-proċess burokratiku.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow