Left arrow Go Back

AKTAR APPARAT SOFFISTIKAT FL-ISPTAR SAN LUQA FL-INTERESS TAL-PAZJENT

PR0896
Date Icon 15/06/2005

Dawk il-pazjenti kollha li se jkollhom bżonn CT Scan jistgħu jserrħu moħħhom minn dijanjosi mill-aktar preċiża permezz ta’ CT Scanner li se tibda tintuża fid-Dipartiment tar-Radjoloġija fl-isptar San Luqa.  Dan qalu l-Onor. Louis Deguara, Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità, meta kien qiegħed jinawgura upgrade li sar fis-CT Scanner.

Il-Ministru Deguara innota li bħalissa għaddej attakk mill-Oppożizzjoni dwar is-servizzi tas-saħħa, immirat biex jimmina l-fiduċja li l-poplu għandu fis-servizzi tas-saħħa. Huwa diżgustanti li tisma’ lill-Kap ta’ l-Oppożizzjoni, jghid li se jagħmel attakk fuq is-saħħa.  Minn dak inhar sal-lum l-attakki fuq dan is-settur ma naqsux.  Dan l-attakk huwa parti minn strateġija ta’ l-Oppożizzjoni dwar il-ħidma tal-gvern f’diversi oqsma. L-attentat ta’ l-Oppożizzjoni biex tpinġi stampa mill-aktar sewda ta’ dan il-qasam, speċjalment is-servizzi mogħtija minn dan l-isptar huwa kundannabbli.  

Ta’ min ifakkar li minkejja diffikultajiet kbar kawżati speċjalment minn spazju ristrett u l-istruttura antika ta’ l-isptar,

·        kuljum l-isptar San Luqa  jilqa’ fiħ madwar elf persuna fid-Dipartiment ta’ l-Outpatients,

·        kuljum isiru madwar 90 operazzjoni, u

·        f’sena tingħata kura lil 78,000 persuna.   

Dan ix-xogħol kollu jsir grazzi għall-ħidma ta’ bosta mpjegati dedikati.  Hija diżonesta’ li wieħed jaqbad mal-listi ta’ l-operazzjonijiet u joħroġhom barra mill-kuntest u jattakka lill-gvern biex jieħu vantaġġ politiku.  In-numru ta’ operazzjonijiet jirrifletti wkoll il-volum kbir ta’ xogħol li jitwettaq kemm qabel, kif ukoll wara kull operazzjoni.   

Illum it-teknoloġija tippermettilna li nkunu nafu x’qiegħed jiġri f’pajjiżi oħra.  Jekk wieħed jiċċekkja ftit, malajr jinduna li l-problemi li qegħdin niffaċċjaw fil-qasam tas-saħħa huma komuni għal dawk ta’ pajjiżi oħra ferm akbar minnha, u b’wisq aktar riżorsi.  

Minkejja l-bini ta’ l-isptar Mater Dei, il-gvern ma ttraskurax lill-isptar San Luqa.  Wara li għad-Dipartiment tar-Radjoloġija inxtraw żewġ magni ta’ l-ultrasound u sar upgrading tal-MRI, issa l-pazjenti se jibdew jagħmlu użu minn CTScan bl-aħħar teknoloġija, li toffri diversi vantaġġi għall-pazjent.  Din il-magna se tittella’ ukoll fl-Isptar Mater Dei.  Barra li din il-magna tagħti riżultati hafna aħjar mill-magna ta’ qabel, għax tagħtik 3 dimentional images,  il-ħin ta’ kull scan huwa ferm anqas u għalhekk meta jibda jsir użu sħiħ minn din il-magna, se jibdew isiru aktar scans.  Wieħed irid jgħid ukoll li dan it-titjieb fl-apparat qiegħed ukoll ikabbar id-domanda għas-servizz.  

Biex setgħet tibda titħaddem din il-magna ingħata taħriġ apposta lir-radjografi minn esperti barranin.  Dan l-apparat ser iservi wkoll biex ir-radjografi tagħna jsiru aktar professjonali fil-ħidma tagħhom.   

Il-Ministru rringrazzja lil dawk kollha li ħadmu biex seta jsir l-upgrading tas-CT Scan u rringrazzja wkoll lill-impjegati kollha tad-dipartiment tar-radjoloġija għall-ħidma siewja tagħhom.  

tagħrif dwar CT scan


Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow