L-AMBAXXATUR ĊINIŻ F’MALTA JŻUR L-ISKOLA SEKONDARJA ĠUŻE` D’AMATO
Delegazzjoni mill-Ministeru tas-Saħħa tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, immexxija mill-Viċi Ministru MA Xiaowei, bdiet żjara ta’ erbat ijiem f’Malta.
Matul iż-żjara, id-delegazzjoni kellha diversi taħdidiet fosthom mal-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunità, it-Tabib Louis Deguara kif ukoll mad-Direttur Ġenerali tas-Saħħa, it-Tabib Ray Busuttil, dwar koperazzjoni bilaterali f’diversi oqsma tas-saħħa.
Il-qofol ta’ din iż-żjara huwa l-iffirmar ta’ ftehim dwar pjan ta’ koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi fis-setturi tas-saħħa u xjenza medika għas-snin 2005-2008. Il-ftehim li ġie ffirmat mill-Ministru Deguara u l-Viċi Ministru MA, jaħseb sabiex iż-żewġ ministeri jiżviluppaw u jikkoperaw aktar f’dawn is-setturi; kif ukoll kif jgħinu lil xulxin sabiex titjieb il-kwalità tal-kura u s-servizz tas-saħħa fiż-żewġ pajjiżi. Fost affarijiet oħra ż-żewġ Ministri ddiskutew il-possibilità li jiġi mfassal pjan ta’ taħriġ fil-mediċina tradizzjonali Ċiniża, taħt l-awspiċi ta’ l-Università ta’ Malta .
Matul iż-żjara tagħha, id-delegazzjoni Ċiniża żaret iċ-Ċentru Reġjonali għall-kura medika tradizzjonali Ċiniża f’Kordin, fejn ġew diskussi possibilitajiet ta’ aktar koperazzjoni f’din l-ispeċjalità. Il-Ministru MA u d-delegazzjoni tiegħu se jżuru wkoll l-isptarijiet Mater Dei u Zammit Clapp, kif ukoll fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Hal-Qormi, fejn ser jinżammu taħdidiet intensivi ma’ l-amministraturi ta’ dawn il-postijiet.
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946