Left arrow Go Back

TALKS ON PROPOSED DRAFT AGREEMENT ON MUTUAL LEGAL ASSISTANCE IN CRIMINAL MATTERS BETWEEN THE PEOPLE’S REPUBLIC OF CHINA AND MALTA

PR0879
Date Icon 13/06/2005

Il-Kap ta’ l-Oppozizzjoni l-Onor. Alfred Sant huwa ghal darb’ohra mitlub biex jekk jissuspetta li fil-privatizzazzjoni ġrat xi skorrettezza minn xi ħadd, jinvestiga u jivverifika s-suspett tiegħu permezz tal-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi tal-Parlament; inkella jieqaf jagħmel allegazzjonijiet bla bażi.  

Il-kummenti tal-bieraħ tal-Kap ta’ l-Oppożizzjoni huma episodju ieħor f’sensiela twila ta’ diskorsi fl-ajru.  

Dwar is-Sea Malta , l-Onor. Alfred Sant “għamilha ċara li l-Partit Laburista ma jaqbilx ma’ dak li qed isir. Il-Mexxej Laburista għamilha wkoll ċara li jekk meta l-Partit Laburista jkun fil-Gvern, isib li kien hemm xi ħadd li kellu responsabbiltà personali għal tbagħbis, jara l-provi xi jkunu u jipproċedi kontra min ikun għamel affarijiet li ma kellhomx isiru.”  

Dan hu diskors irresponsabbli minn xi ħadd li llum, u mhux meta l-Partit ta’ l-Oppozizzjoni jkun fil-Gvern, għandu s-setgħa kollha jara hemmx “tbagħbis” u jivverifika xi prova jista’ jkun hemm. Għal darb’oħra, il-Gvern jisħaq li d-diskors tal-Kap ta’ l-Oppożizzjoni huwa mmirat biss biex jimmina l-proċess ta’ privatizzazzjoni – imminar li jpoġġi f’aktar periklu lill-kumpanija u lill-ħaddiema tagħha.  

L-Oppożizzjoni tmexxi l-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi tal-Parlament u għandu l-poter jistħarreġ, jew juża r-riżorsi ta’ l-Awditur Ġenerali biex jistħarreġ, kull suspett ta’ azzjonijiet finanzjarji mhux flokhom, f’kull parti tal-Gvern jew kull kumpanija proprjetà tiegħu.  

Biex jagħmel dan, l-Onor. Alfred Sant m’għandux għalfejn jistenna li l-partit tiegħu ikun fil-Gvern u jista’, malli ssir il-privatizzazzjoni, jinvestiga jew iqabbad min jinvestiga kull suspett li jista’ għandu, fuq kull min għandu responsabbiltà personali ta’ xi tbagħbis jew xi azzjoni li xort’oħra mhux flokha.  

Dan il-fatt diġà kien konstatat mill-Gvern fi stqarrija aktar kmieni, bi tweġiba għal episodju ieħor minn sensiela ta’ tfigħ tat-tajn lejliet il-konklużjoni tal-proċess ta’ privatizzazzjoni tas-Sea Malta .  

Minkejja dan, l-Onor. Alfred Sant injora l-invit tal-Gvern biex il-Kap ta’ l-Oppozizzjoni  jistħarreġ li jrid u li jogħġbu, jew li ma jogħġbux fil-Kumitat Parlamentari li jikkontrolla hu bħala Kap ta’ l-Oppożizzjoni.  Izda, l-Onor. Alfred Sant jippreferi jiskarta l-verità li għandu aċċess għaliha u li jista’ jivverifika; u minflok, iċajpar b’allegazzjonijiet bla bażi u theddid fieragħ.  

Il-Gvern għal darb’oħra jtenni li f’soċjetà demokratika, l-Onor. Alfred Sant għandu d-dmir ifittex li jsib il-verità, u mhux li jidfinha taħt ir-radam tal-fantasija tiegħu. Il-Kap ta’ l-Oppozizzjoni  għadu jippersisti fl-insulti għall-intelliġenza tal-poplu billi jpinġi stejjer ta’ tbagħbis u allegazzjonijiet infondati, fuq sfond li jkun totalment  ‘l bogħod minn dak li jsemmi hu.  

Il-Gvern jerġa’ u ser jibqa’ jisfida lill-Onor. Alfred Sant, Kap ta’ l-Oppozizzjoni,  biex jissostanzja l-allegazzjonijiet tiegħu u juża r-riżorsi li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu biex jagħmel dan.  Fin-nuqqas ta’ dan, l-Onor. Alfred Sant ma jkun qiegħed jagħmel xejn ħlief jibqa’ jitfa’ t-tajn.    

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow