IT-TIENI PAGAMENT GĦALL-2004 TAĦT IL-MIŻURA AD HOC GĦAL DAWK IL-BDIEWA U RAĦĦALA RREĠISTRATI FULL-TIME
Id-Dipartiment ta’ l-Iżvilupp Rurali għadu kif temm il-proċess sabiex jinħareġ it-tieni pagament għall-2004 taħt il-miżura Ad Hoc għal dawk il-bdiewa u raħħala rreġistrati full-time. Din l-għajnuna kienet ko-finanzjata mill-Unjoni Ewropea flimkien mal-Gvern Malti, u ngħatat fuq kull ettaru ta’ raba’ saqwi u raba’ bagħli maħdum, kif ukoll fuq in-numru ta’ Livestock Units imrobbija.
Kellna madwar 330 applikazzjoni mingħand raħħala li jrabbu l-annimali u 568 applikazzjoni mingħand bdiewa li jaħdmu r-raba’.
Is-somma totali li tqassmet bejn dawn il-bdiewa u raħħala kienet ta’ madwar 2,975,868.30 Ewro li jammontaw għal Lm 1,279,625.60.
Dan ta’ taħt huwa rendikont ta’ l-ammonti li tħallsu.
PAGAMENTI | L.U. / ETTARI | LM |
LIVESTOCK UNITS | 27,613.77 | 795,829.50 |
ETTARI TA’ RABA SAQWI | 1,108.34 | 364,868.79 |
ETTARI TA’ RABA BAGĦLI | 1,299.33 | 118,927.31 |
TOTAL | 1,279,625.60 |
Id-Dipartiment ta’ l-Iżvilupp Rurali jixtiequ jfakkar wkoll li l-applikazzjonijiet għar-raħħala full-time se jibqgħu jiġu aċċettati sal-15 ta’ Ġunju 2005. Dawk li jaslu wara din id-data ma jiġux ikkunsidrati.
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946