Left arrow Go Back

“JITKOMPLA L-PROĊESS TA’ RIORGANIZZAZZJONI TAS-SWIEQ FIL-BERAĦ” – SEGRETARJU PARLAMENTARI EDWIN VASSALLO

PR0861
Date Icon 09/06/2005

§        Bdew jiġu ppublikati fil-gazzetta tal-Gvern il-listi uffiċjali tal-bejjiegħa tal-monti rreġistrati mal-Kunsilli Lokali rispettivi.

§        Ikomplu l-laqgħat ta’ konsultazzjoni ma’ l-istess bejjiegħa tal-monti.

§        Is-Segretarjat għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed ikompli jattwa l-politika ta’ disponibbilita` billi jagħti l-lok għal djalogu u diskussjoni fuq l-emendi proposti għal-liġi eżistenti li tirregola s-swieq fil-beraħ.  

Waqt laqgħa ta’ konsultazzjoni mal-bejjiegħa tal-monti organizzata mis-Segretarjat għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, ġew diskussi l-problemi li jiltaqa’ magħhom dan is-settur.  Din il-laqgħa kienet pass ieħor fil-konsultazzjoni li s-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo qiegħed jagħmel ma’ setturi differenti ta’ negozju.  Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet dwar emendi li ser isiru fir-regolamenti dwar is-swieq fil-beraħ, bil-ħsieb li dawn l-emendi itejjbu l-kundizzjonijiet li hemm bħalissa.  

Waqt il-laqgħa, bejjiegħa tal-monti kellhom l-opportunita` li jagħtu s-suġġerimenti u jressqu l-ilmenti tagħhom.  L-Onor. Vassallo qal li minn din il-laqgħa ħareġ ċar li r-regolamenti li ġew fis-seħħ madwar sentejn ilu qegħdin jaħdmu, u s-swieq qegħdin jiġu rregolati aħjar.  Jidher li hemm biss xi problemi individwali bejn bejjiegħa tal-monti u xi Kunsilli Lokali.  

L-Onor. Edwin Vassallo qal ukoll li “li kieku ma bdejniex dan il-proċess ta’ l-organizzazzjoni tas-swieq sentejn ilu, is-sitwazzjoni tal-bejjiegħa tal-monti llum kienet tkun ħafna agħar.  Dan għaliex illum permezz ta’ din l-organizzazzjoni, l-istess bejjiegħa tal-monti għandhom aktar serħan tal-moħħ fuq il-post tax-xogħol tagħhom.   

B’riżultat tal-leġiżlazzjoni li tfasslet sentejn ilu, l-operat tas-swieq ġie mtejjeb, u issa huma organizzati ferm aħjar.  Illum is-swieq ma għadhomx jikbru bla kontroll, m’għadux jirrenja l-kaos, u ġie kkontrollat aħjar it-tindif li jrid isir kull fejn jarma suq fil-beraħ.  Il-bejjiegħa ma għadx għandhom għalfejn ikunu fil-lokalita` mis-siegħat bikrin ta’ filgħodu biex jippruvaw jilħqu post fis-suq, u dan għaliex illum kull bejjiegħ li hemm f’kull suq għandu posta hemmhekk bi dritt.  Dan id-dritt qiegħed jingħata lil kull min japplika mal-Kunsill Lokali rispettiv u jgħaddi mill-proċess biex jingħata posta fis-suq.”  Is-Segretarju Parlamentari kompla billi qal li “issa wara li għaddejna mill-esperjenza ta’ dawn is-sentejn, qegħdin nerġgħu neżaminaw ir-regolamenti tas-swieq, u, b’konsultazzjoni sħiħa ma’ dawk kollha involuti, permezz ta’ l-emendi meħtieġa ser inkomplu ntejjbu l-operat ta’ dawn is-swieq.”  

B’riżultat ta’ din il-laqgħa, ġie deċiż li ser tiġi organizzata laqgħa oħra ma’ l-istess bejjiegħa tal-monti wara li tkun inżammet ukoll laqgħa simili mas-sindki u segretarji ta’ dawk il-Kunsilli fejn jarmaw is-swieq.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow