Left arrow Go Back

FIRST COMMUNITY TRAINING LEARNING CENTRE LAUNCHED

PR0857
Date Icon 09/06/2005

Waqt laqgħa ma’ l-istationers li saret fuq talba tagħhom mis-Segretarjat għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, ġew diskussi numru ta’ problemi li qiegħed jiltaqa’ magħhom dan is-settur.  Fost il-problemi li ssemmew kien hemm il-bejgħ ta’ prodotti ta’ stationery minn skejjel tal-Gvern, tal-Knisja u tal-privati.  Dan qiegħed jaffettwa ħafna l-bejgħ ta’ dawn il-ħwienet, għaliex f’ċertu każi l-iskejjel qegħdin jinsistu li prodotti ta’ stationery jinxtraw biss mingħandhom, u dan huwa ta’ detriment għall-istationers.   

Punt ieħor li tqajjem kien li mhux biss hemm skejjel li qegħdin jinsistu li l-prodotti jinxtraw mill-iskola, iżda imbagħad dawn il-prodotti qegħdin jinbiegħu bi prezz ogħla milli jinbiegħu fil-ħwienet. F’kumment li għamel is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żghar u s-Self Employed, Edwin Vassallo, huwa qal li “minkejja li hemm direttivi li jirregolaw x’bejgħ jista’ jsir mill-iskejjel, xorta waħda hawn għalliema u Kapijiet ta’ Skejjel li qegħdin jippermettu li jsir bejgħ li jmur kontra dawn id-direttivi.”  Persuni preżenti għal-laqgħa kkritikaw ukoll l-użanza l-ġdida li skejjel tal-Gvern jorganizzaw bazaars matul is-sena, hekk kif joqorbu okkażjonijiet bħall-Milied, Jum l-Omm, preċett, u okkażjonijiet simili oħra.  

Fl-intervent tiegħu, l-Onor. Edwin Vassallo qal li matul iż-żmien, kull meta saru rapporti lilu, dawn twasslu lid-Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni biex jittieħdu l-passi kollha meħtieġa u jitwaqqaf dan il-bejgħ irregolari.  Huwa  spjega wkoll kif snin ilu, d-Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni kien laħaq ftehim mal-GRTU fuq x’bejgħ jista’ jsir mill-iskejjel.  “Li kieku ma kienx hemm dan il-ftehim, il-qagħda ta’ l-istationers kienet tkun aktar mhedda minn kif inhi bħalissa.  Din il-laqgħa, li għaliha ġew mistiedna numru ta’ stationers, ġiet organizzata propju biex tiġi diskussa din il-problema, li nħolqot mill-abbużi ta’ certi għalliema f’diversi skejjel.  Din il-laqgħa ta’ konsultazzjoni saret ukoll biex ikun magħruf u diskuss l-impatt ta’ dan l-abbuż fuq l-istationers.”  

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo fakkar lill-istationers li ċertu skejjel jiddeċiedu li jbiegħu prodotti direttament lill-istudenti sabiex ma jitfgħux lill-istess studenti fit-tellieqa tal-konsumiżmu, li hija t-tellieqa ta’ min ser ikollu l-aħjar brand name, u liema tellieqa mhux il-ġenituri kollha jkunu jifilħu għaliha.  Għalhekk, is-Segretarju Parlamentari talab lil dawk kollha preżenti biex iżommu dan f’moħħhom.  

Għal-laqgħa kien hemm preżenti wkoll id-Direttur Ġenerali ta’ l-Edukazzjoni, li rreferiet għar-regolamenti li l-istess Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni għandu fuq l-iskejjel tal-Gvern.  Dawn ir-regolamenti jgħidu li: “l-Kapijiet ta’ l-iSkejjel … ma jistawx jużaw l-iskola bħala ħanut, ħlief għall-bejgħ ta’ oġġetti definiti bħala ‘school identifiers’.  Bħala riżultat ta’ dan, l-uniku oġġett ta’ stationeryli jista’ jinbiegħ huwa d-djarju ta’ l-iskola.”  Il-memorandum tittratta wkoll il-bejgħ ta’ l-uniformijiet ta’ l-iskola, li jistgħu jinbiegħu mill-iskejjel biss: jekk tinħareġ sejħa għal quotations/tenders; jekk l-uniformijiet jidentifikaw l-istudenti li jmorru dik l-iskola; u sakemm tinħareġ irċevuta tal-VAT f’isem l-iskola.  Dan id-dokument jagħmilha ċara li l-iskejjel m’għandhom jintużaw bħala ħanut.  

Id-Direttur Ġenerali saħqet li kull fejn hemm abbużi d-Dipartiment iwaqqafhom, u talbet lil kull min ikun jaf b’xi abbuż biex jirrapportah fl-uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari.  Is-suġġeriment finali kien li dawn ir-regolamenti għandhom jerġgħu jintbagħtu lill-Kapijiet ta’ l-iSkejjel, filwaqt li r-regolamenti jiġu elaborati u spjegati aktar sabiex inaqqsu kull possibilita` ta’ abbuż.  Is-Segretarju Parlamentari qal li huwa lest li jgħin sabiex dawn ir-regolamenti jiġu aġġornati, biex b’hekk jitnaqqas kull ħjiel ta’ abbuż li jkun jista’ jsir.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow