Left arrow Go Back

TWEGIBA GĦALL-STQARRIJA DWAR IL-QASAM TAT-TEKNOLOĠIJA TA’ L-INFORMAZZJONI MAĦRUĠA MILL-KELLIEM TA’ L-OPPOŻIZZJONI

PR0832
Date Icon 06/06/2005

Kif jaf sewwa l-Onor. Leo Brincat bħalissa għaddej proċess biex l-operazzjonijiet kollha tal-Gvern fl-ICT jiġu konsolidati bil-għan li jkunu aktar effettivi u effiċjenti. F’dan il-proċess qegħdin jiġu mwieżna diversi xenarji u huwa mistenni li jwasslu f’numru ta’ riformi li fosthom jinkludi bidliet fil-mudelli finanzjarji kif ukoll fuq bażi ta’organizzazzjonijiet u riżorsi umani. Ladarba dan il-proċess jitlesta l-Gvern iħabbar dak li jkun iddeċieda fuqu. Fil-fatt dan il-proċess qiegħed isir fuq l-istess linji u għall-istess raġunijiet li kien issuġġerixxa l-Onor. Leo Brincat stess f’Diċembru 2004 waqt id-dibattitu fil-Parlament dwar l-estimi tal-Ministeru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni.  

Meta jitkellem dwar it-trattament tal-ħaddiema fil-qasam ta’ l-ICT fil-Gvern, l-Onor. Leo Brincat donnu qiegħed jirreferi għall-perjodu ta’ 22 xahar ta’ Gvern immexxi mill-Partit Laburista li kien ħa diversi deċiżjonijiet ħżiena f’dan il-qasam. Żgur li l-eżitu tal-proċess li għaddej bħalissa huwa ntiż li l-ħiliet tal-ħaddiema f’dan il-qasam ser ikunu qegħdin jintużaw fl-aqwa tagħhom fl-oqsma ta’ ħidma li huma l-aktar rilevanti fil-kuntest ta’ l-istrateġija ta’ l-ICT tal-Gvern, li skond l-istess Onor. Brincat kienet ambizzjuża ħafna.

Il-Ministeru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni jistenna li f’nofs proċess daqshekk sensittiv l-Onor. Leo Brincat jaġixxi b’aktar responsabbilta’ u mhux billi jaddotta strateġija li jfixxkel proċessi sensittivi billi jagħmel stqarrijiet li jistgħu jirrendu lil min għandu interess dirett li ċertu deċiżjonijiet ma’ jittieħdux. Il-Ministeru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni ser ikompli jaġixxi bir-responsabbilta’ li proċess bħal dan jitlob.Kif jaf sewwa l-Onor. Leo Brincat bħalissa għaddej proċess biex l-operazzjonijiet kollha tal-Gvern fl-ICT jiġu konsolidati bil-għan li jkunu aktar effettivi u effiċjenti. F’dan il-proċess qegħdin jiġu mwieżna diversi xenarji u huwa mistenni li jwasslu f’numru ta’ riformi li fosthom jinkludi bidliet fil-mudelli finanzjarji kif ukoll fuq bażi ta’organizzazzjonijiet u riżorsi umani. Ladarba dan il-proċess jitlesta l-Gvern iħabbar dak li jkun iddeċieda fuqu. Fil-fatt dan il-proċess qiegħed isir fuq l-istess linji u għall-istess raġunijiet li kien issuġġerixxa l-Onor. Leo Brincat stess f’Diċembru 2004 waqt id-dibattitu fil-Parlament dwar l-estimi tal-Ministeru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni.  

Meta jitkellem dwar it-trattament tal-ħaddiema fil-qasam ta’ l-ICT fil-Gvern, l-Onor. Leo Brincat donnu qiegħed jirreferi għall-perjodu ta’ 22 xahar ta’ Gvern immexxi mill-Partit Laburista li kien ħa diversi deċiżjonijiet ħżiena f’dan il-qasam. Żgur li l-eżitu tal-proċess li għaddej bħalissa huwa ntiż li l-ħiliet tal-ħaddiema f’dan il-qasam ser ikunu qegħdin jintużaw fl-aqwa tagħhom fl-oqsma ta’ ħidma li huma l-aktar rilevanti fil-kuntest ta’ l-istrateġija ta’ l-ICT tal-Gvern, li skond l-istess Onor. Brincat kienet ambizzjuża ħafna.

Il-Ministeru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni jistenna li f’nofs proċess daqshekk sensittiv l-Onor. Leo Brincat jaġixxi b’aktar responsabbilta’ u mhux billi jaddotta strateġija li jfixxkel proċessi sensittivi billi jagħmel stqarrijiet li jistgħu jirrendu lil min għandu interess dirett li ċertu deċiżjonijiet ma’ jittieħdux. Il-Ministeru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni ser ikompli jaġixxi bir-responsabbilta’ li proċess bħal dan jitlob.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow