IL-PRIM IMĦALLEF JATTENDI L-ASSEMBLEA ĠENERALI TA’ L-ASSOĊJAZZJONI GĦALL-MEMBRI TAL-ĠUDIKATURA
Is-Sinjurija Tiegħu l-Prim Imħallef Vincent De Gaetano jinsab Leipzig , fil-Ġermanja, fejn qed jattendi l-assemblea ġenerali annwali ta’ l-Association of the Councils of State and Supreme Administrative Jurisdictions of the European Union. L-assemblea ġenerali, li qed tiltaqa’ fil-5 u s-6 ta’ Ġunju 2005, qed tinżamm Leipzig fuq stedina tal-Qorti Federali Amministrattiva tal-Ġermanja.
Malta saret membru ta’ din l-assoċjazzjoni s-sena l-oħra u diġa` bbenefikat minn diversi attivitajiet organizzati mill-assoċjazzjoni għall-membri tal-ġudikatura. Malta hija rappreżentata fuq l-assoċjazzjoni mill-Prim Imħallef bħala president ta’ l-ogħla qorti f’Malta f’materja ta’ dritt amministrattiv.
Sakemm idum imsiefer il-Prim Imħallef, l-Onorevoli Imħallef Joseph Filletti jkun Aġent Prim Imħallef.
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946