Left arrow Go Back

IL-GVERN QASSAM IKTAR MINN MILJUN LIRA F’GĦAJNUNA LILL-PRODUTTURI TAL-BAJD

PR0803
Date Icon 02/06/2005

L-għajnuna li ngħatat mill-miżura ta' l-SMPPMA (Special Marketing Policy Program for Maltese Agriculture) matul is-sena 2004 kienet tammonta għal Lm1,098,133. Għajnuna oħra mill-miżura Ad Hoc ammontat għal Lm186,787.  Dan is-sussidju b'kollox kien ta’ Lm1,284,920 u qed jagħmel tajjeb għar-ristrutturar li hemm bżonn isir f’din l-industrija. Ir-reviżjoni tas-sussidju li saret kienet meħtieġa li ssir biex is-sussidju li jingħata matul sena sħiħa ikun aktar ġust.

Is-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja u s-Sajd jiċħad l-allegazzjonijiet li saru dan l-aħħar li l-Gvern naqqas is-sussidju fuq il-bajd tat-tiġieġ, u jtenni li m’huwiex veru li l-produtturi tal-bajd mhux qed isibu l-appoġġ min-naħa tal-Gvern.  

Is-Segretarjat qal ukoll li lanqas m’huwa veru li l-Gvern ser jipposponi s-sistema ta' l-ittimbrar tal-bajd, kif kien allegat dan l-aħħar.  Bil-kontra ta' dak li ntqal, il-bajd ser jibda jiġi ttimbrat mill-ewwel ta' Lulju 2005. Dan biex il-konsumatur ikun protett aħjar fil-prodott li jkun qiegħed jixtri.  

Ta’ min jgħid li l-maġġoranza tal-produtturi tal-bajd qegħdin jikkoperaw f'din is-sistema u ħafna minnhom diġà għandhom jew ordnaw l-apparat meħtieġ biex jittimbraw il-bajd kif kien previst.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow