Left arrow Go Back

IL-PRIM MINISTRU JŻUR PROĠETT KUMMERĊJALI F’GĦAWDEX

PR0798
Date Icon 01/06/2005

Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi tard illum wara nofsinhar żar kumpless ġdid ‘Downtown’ fir-Rabat Għawdex. L-ewwel fażi tiegħu, li bdiet topera f’dawn il-ġranet, hija l-lukanda 3 Star Superior u li diġa’ qiegħda tilqa’ fiha l-ewwel turisti. Fil-fatt 80% tas-sodod li toffri din il-lukanda diġa’ huma okkupati. 

Il-Prim Ministru ġie milqugħ mis-sidien ta’ dan il-kumpless, is-Sinjuri Ray Bajada u Joseph Portelli rispettivament, filwaqt li ġie mdawwar mal-post, ġie spjegat lilu f’hiex ser ikun jikkonsisti dan il-kumpless meta f’Settembru li ġej jiftaħ uffiċjalment. Minbarra din il-lukanda, ‘Downtown’ ser jinkorpora fih numru ta’ ħwienet fosthom Shopping Centre, Pubs, Cafeteria, postijiet ta’ rikreazzjoni għat-tfal kif ukoll faċilita` fejn ikun jista’ jintlagħab il-logħob tal-Bowling. Fil-fatt dan huwa l-ewwel post tax-xorta tiegħu fil-gżira ta Għawdex u li fil-futur se jkun jista’ jattira lejn pajjiżna kompetizzjonijiet internazzjonali f’din id-dixxiplina sportiva. 

Dan il-kumpless ser ikun qed jimpjega ’l fuq minn 90 ħaddiem meta jkunu bdew joperaw il-faċilitajiet kollha f’Settembru li ġej. 

Matul din iż-żjara, il-Prim Ministru kien akkumpanjat ukoll mill-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow