PROĠETT KULTURALI BI SĦAB BEJN IL-GVERN U S-SETTUR PRIVAT
Għal 15-il sena konsekuttiva, bejn il-15 u s-17 ta’ Lulju qed ikun organizzat il-Malta Jazz Festival mill-Kunsill Malti għall-Arti u l-Kultura f’Ta’Liesse il-belt Valletta .
Dan il-festival illum hu data importanti fil-kalendarju kulturali ta’ pajjiżna billi jiġbed lejn pajjiżna artisti kbar fil-qasam tal-jazz. Il-Festival se jerġa’ jittella’ taħt id-direzzjoni artistika ta’ Charles Gatt. Din is-sena se jieħdu sehem John Zorn, ir-Richard Galliano New York trio, Cama de Gato, Maria Joao Cinqo, Brian Blades Fellowship sextet, Greg Osby, Dino Saluzzi tango, Rosa Passos u l-Joe Debono Group.
Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech nieda l-Malta Jazz Festival waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet li saret fil-Le Meridien Phoenicia . Hu qal li matul is-sena jiġu organizzati diversi attivitajiet importanti li saru parti mill-kalendarju kulturali ta’ pajjiżna u li għalhekk setgħu jingħataw il-promozzjoni kollha meħtieġa barra l-pajjiż. Hu qal li l-fatt li t-turiżmu u l-kultura huma llum f’ministeru wieħed jgħin biex l-attivitajiet kulturali jingħataw promozzjoni.
“Il-post li fih jiġi organizzat dan il-festival hu wieħed uniku għaliex hu ħdejn il-Knisja Ta’ Liesse, taħt is-swar tal-belt u f’xatt il-belt fejn minn żmien għall-ieħor nassistu għal avvenimenti importanti bħal festival tal-logħob tan-nar u d-diversi regatti,” qal il-Ministru Zammit Dimech.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li dan il-festival kien ukoll eżempju ta’ proġett li qed jittella’ bi sħab bejn il-Gvern u s-settur privat li kienu jaħdmu flimkien biex intejbu prodott Malta fil-qasam turistiku u nagħmluh aktar attraenti għal dawk li jżuruna.
“ Malta kellha wirt qawwi kulturali li għadda minn ġenerazzjoni għal oħra u llum qiegħed f’idejna biex inkabbruh u nsaħħuħ. Illum għandna wkoll is-sodisfazzjon li għandna ħafna Maltin b’talent u li bis-sħubija fl-Unjoni Ewropea dawn sabu sfog biex dawn it-talenti mhux biss jitgawdew f’pajjiżna iżda biex anke joħorġuhom barra minn xtutna biex jiġu apprezzati u biex inkomplu nsaħħu l-identita’ tagħna,” tenna l-Ministru Zammit Dimech filwaqt illi rringrazzja lid-direttur artistiku Charles Gatt, lill-organizzaturi u l-isponsors tal-festival, li mingħajr l-appoġġ finanzjarju tagħhom avveniment bħal dan ma jkunx jista’
DOI - 26.05.2005
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946