Left arrow Go Back

RISPONS TAJJEB GĦALL-PROPOSTA TAL-GVERN FAVUR IL-ĦAJJA

PR0755
Date Icon 26/05/2005

Sal-lum iktar minn mija u għoxrin għaqda, assoċjazzjoni u kunsilli lokali taw l-appoġġ tagħhom għall-proposta tal-gvern biex il-projbizzjoni ta’ l-abort tidħol fil-Kostituzzjoni.  

L-għan tal-Gvern huwa li l-emenda għall-Kostituzzjoni, li kienet proponuta mill-Moviment għad-Drittijiet, il-Protezzjoni u l-Iżvilupp tat-Tarbija fil-Ġuf u l-Għaqda Gift of Life, u aċċettata mill-Gvern, hija li jinkiseb l-appoġġ popolari tal-poplu Malti.  Għalhekk il-Gvern, minflok ressaq l-emenda fil-Parlament, qed jitlob l-appoġġ tas-soċjeta’ ċivili favur il-ħajja.  Din m’għandiex tkun proposta tal-Gvern jew ta’ l-Oppożizzjoni iżda proposta favur il-ħajja mill-isferi kollha tas-soċjeta’ Maltija.  

Minbarra numru ta’ għaqdiet reliġjużi, il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern irċieva għadd ta’ ittri ta’ approvazzjoni minn għaqdiet soċjali fosthom kunsilli lokali, għaqdiet sportivi, trade unions, każini u individwi.  

Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern esprima s-sodisfazzjon tiegħu għall-appoġġ li qed tingħata lil din il-proposta favur il-ħajja. Proposta, skond Tonio Borg, favur il-ħarsien tal-ħajja, valur li għandu jitqies bħala fundamentali u mhux fundamentalista.   

…/…

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow