Left arrow Go Back

ĦRUĠ TA’ STOCKS TAL-GVERN – MEJJU 2005

PR0730
Date Icon 20/05/2005

Kien hemm rispons qawwi ħafna mill-investituri kollha ta’ kull xorta għall-ħruġ ta’ Stocks tal-Gvern li għalihom intlaqgħu applikazzjonijiet bejn it-12 u d-19 ta’ Mejju.  Dawn l-istocks ħarġu hekk kif ser jagħlaq l-istock 7.25% MGS 2005.    

It-Teżor irċieva 3,268 applikazzjoni għal ammont globali ta’ aktar minn Lm72 miljun meta l-Istocks maħruġa kienu jammontaw għal Lm40 miljun.  

It-Teżor ser iżid l-ammont maħruġ u jaddotta l-‘over allotment option’ imsemmija fil-prospetti relattivi kif muri hawn taħt:  

Stock

Ammont Maħruġ

Ammont Addizzjonali

Ammont Allokat

5% MGS 2021 (Fungible)

Lm15m

Lm10m

Lm25m

5.7% MGS 2012 III (Fungible)

Lm25m

Lm10m

Lm35m

Filwaqt li sehem l-investituri ż-żgħar fl-istock li ser jagħlaq (7.25% MGS 2005) kien ta’ madwar Lm5 miljuni, l-applikazzjonijiet minn dan is-settur fl-istocks il-ġodda laħqu total ta’ ’l fuq minn Lm18-il miljun.  

It-Teżor għalhekk iħabbar li l-applikazzjonijiet kollha ta’ l-investituri ż-żgħar qed jintlaqgħu bla tnaqqis filwaqt li l-kumplament li ġejjin minn investituri istituzzjonali se jkunu allokati skond il-prezz ta’ l-offerta mitfugħa.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow