Left arrow Go Back

IL-BDIEWA U R-RAĦĦALA QED IGAWDU MINN GĦAJNUNIET SOSTANZJALI

PR0712
Date Icon 18/05/2005

Il-Kelliem Ewlieni ta’ l-Oppożizzjoni dwar il-Biedja u s-Sajd jidher li għadu ma jafx xi jfisser għall-biedja Maltija l-Pjan għall-Iżvilupp Rurali li l-Gvern innegozja ma’ l-Unjoni Ewropea.  Dan il-Pjan Rurali beda jgħodd mill-2004 u jwassal sa’ l-2006.  Il-Ministeru fassal u nnegozja għal dan il-Pjan miżuri ta’ għajnuniet għall-Biedja li permezz tagħhom, il-bdiewa ħadu Lm4,100,000 u r-raħħala ħadu Lm3,740,000 matul is-sena l-oħra.  

Dan minbarra li r-raħħala għandhom skemi oħra addizzjonali fuq il-ħalib li ser ilaħħqu madwar Lm760,000.  B’kollox dawn il-miżuri se jlaħħqu Lm8,680,000 għas-sena 2004.  Dawn il-fondi huma ġejjin fil-parti l-kbira mill-Unjoni Ewropea u l-parti l-oħra mill-Gvern Malti.  

Rigward il-grading station il-Ministeru għamel ftehim mal-Koperattiva FCCS fejn din il-Koperattiva waqqfet l-Għaqda tal-Produtturi (PO) tagħha bl-isem Gomriza u għandha parti mill-faċilitajiet tal-grading station għall-użu u l-ippakkjar ta’ prodotti agrikoli.  Min-naħa l-oħra l-Assoċjazzjoni tal-Bdiewa dalwaqt twaqqaf PO oħra u din għandha tingħata wkoll faċilitajiet oħrajn mill-grading station għall-użu tal-prodott frisk Malti.  Dan juri l-fiduċja li għandhom dawn l-għaqdiet tal-bdiewa fid-direzzjoni li l-Gvern qed jagħti lil dan is-settur.  

Il-Ministeru, flimkien mal-Koperattiva FCCS nehdew programm ta’ informazzjoni li huwa importanti ħafna għax jonqsu ħafna l-ispejjeż għall-istess operat tal-PO u l-Konsorzju li ser imexxu l-Pitkalija.  

B’riferenza għall-ħasil tal-kaxxi tal-ħaxix u l-frott, il-Kelliem ta’ l-Oppożizzjoni jidher li hu kompletament maqtugħ mir-realta’ u li ma jafx x’inhu għaddej f’dan il-qasam.  Huwa fatt li l-kaxxi tal-biegħa qed jinħaslu u jingħataw lill-bdiewa taħt is-superviżjoni tal-Pitkali Crates Limited..

Rigward is-settur tal-bhejjem u t-tjur matul is-sena 2004 inqatlu 6,290,000 kilo ta’ sriedaq tas-simna.  Rigward il-qatla tal-majjal iċ-ċifri juru li fl-ewwel tliet xhur tas-sena 2005 il-qatla qabżet l-1,900 qażquż fil-ġimgħa.   

Li ma ssemmiex mill-Kelliem ta’ l-Oppożizzjoni huma s-sussidji li ngħataw sa’ l-aħħar tas-sena 2004 lill-produtturi tat-tjur tas-simna li ħadu aktar minn kwart ta’ miljun lira; filwaqt li l-produtturi tal-majjal ħadu Lm1,500,000 f’għajnuna.  Il-produtturi tat-tjur qed igawdu wkoll għajnuna fuq il-qatla li din is-sena żdiedet b’26% fuq is-sena l-oħra.  Barra minn hekk, il-Ministeru għaddej b’kampanja ta’ promozzjoni biex ifiehem lill-konsumatur kemm hu konvenjenti li jixtri prodott frisk.  

Il-konsumatur illum qed jghix f’suq liberalizzat, b’għażla kbira pero’ l-indikazzjonijiet juru li l-konsumatur Malti għandu fiduċja fil-prodott frisk, bnin u lokali.  Dan ukoll huwa dovut għall-programmi sħaħ ta’ ristrutturar li qed jitwettqu fil-biedja Maltija biex b’hekk tkun verament kompetittiva fis-swieq moderni ta’ llum.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow