Left arrow Go Back

PROĠETT SALA TAL-MATERNITA’: TIBDA T-TIENI FAŻI

PR0707
Date Icon 17/05/2005

L-ewwel fażi tal-proġett tas-Sala tal-Maternita’ u l-ħolqien ta’ unit għal każi ġinekoloġiċi ntemmet riċentement biex issa l-pazjenti ġew trasferiti fil-parti modernizzata u nbeda  x-xogħol meħtieġ fil-bqija tas-sala l-antika.  

Il-proġett ta’ mmodernizzar tas-Sala tal-Maternita’ u t-twaqqif ta’ l-ewwel Gynaecology Unit fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex huwa riżultat ta’ investiment ta’ madwar Lm80,000 mill-Ministeru għal Għawdex. Il-proġett jinvolvi r-riorganizzazzjoni ta’ l-ispazju f’din is-sala flimkien mad-Doctors’ Quarters, kif ukoll il-mogħdija mill-ġdid ta’ servizzi u t-tagħmir mill-ġdid ta’ faċilitajiet adegwati.  

Il-pazjenti ta’ din is-sala bħalissa qiegħdin jutilizzaw il-parti modernizzata filwaqt li għaddej xogħol sabiex anke t-tieni fażi tintemm fil-ġimgħat li ġejjin.  

Dan il-proġett jikkonsolida l-ħidma tal-Ministeru għal Għawdex sabiex ikompli jtejjeb il-faċilitajiet marbuta mal-qasam tas-saħħa f’Għawdex. Mill-1999 sar modernizzar fis-swali ġenerali tan-nisa u rġiel, irġiel anzjani, Residenza Sant’Anna, Dipartiment ta’ l-Emerġenza, Dipartiment ta’ l-Out Patients, is-Sala tal-Pedjatrija, Operating Theatre, Laboratorju, Dipartiment tal-Medical Records kif ukoll il-ftuħ ta’ l-ewwel Renal Unit, Isolation Unit u Central Sterile Supplies Department.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow