IL-PRIM IMĦALLEF JATTENDI KONFERENZA TAL-QRATI KOSTITUZZJONALI EWROPEJ F’ĊIPRU
Is-Sinjurija Tiegħu l-Prim Imħallef ħalla Malta għal Ċipru fejn ser jattendi it-tlettax-il Konferenza tal-Qrati Kostituzzjonali Ewropej li ser tiltaqa’ f’Nicosia bejn is-17 u t-18 ta’ Mejju.
Il-Konferenza, li din is-sena qed titlaqqa’ mill-President tal-Qorti Suprema ta’ Ċipru, ser tiddiskuti l-kriterji għal-limitazzjoni tad-drittijiet fondamentali fil-prattika tal-Qrati Kostituzzjonali nazzjonali ta’ l-Ewropa kif ukoll f’dik tal-Qrati Ewropej supranazzjonali.
Il-Prim Imħallef ser jattendi wkoll il-laqgħa ta’ l-Għaqda tal-Presidenti tal-Qrati Kostituzzjonali ta’ l-Ewropa li ser tinżamm nhar it-Tnejn 16 ta’ Mejju.
Sakemm idum imsiefer il-Prim Imħallef, l-Onorevoli Imħallef Joseph D. Camilleri ser jagħmilha ta’ Aġent Prim Imħallef.
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946