PR0694
L-isforzi tas-soċjalisti u l-ħodor Ewropej biex ineħħu d-dritt tal-ħaddiema Maltin li jaħdmu kemm iridu, hija l-akbar konferma ta’ kemm il-Prim Ministru u l-Gvern Nazzjonalista kienu onesti mal-poplu Malti fuq dan id-dritt. Dan huwa dritt li kull ħaddiem Malti s’issa jgawdi u li s-soċjalisti u l-ħodor Ewropej qed jipprovaw ineħħulu. Kieku dan id-dritt ma jeżistix, is-soċjalisti u l-ħodor Ewropej mhumiex jagħmlu l-isforzi kbar li qed jagħmlu biex ineħħu dan id-dritt tal-ħaddiema li jagħżlu huma jekk jaħdmux aktar minn tmien siegħat sahra fil-ġimgħa. Ma’ tistax tneħħi dritt jekk id-dritt ma jeżistix.
Il-Partit Laburista messu kien onest mal-Poplu Malti qabel ir-referendum u spjegalu li d-dritt tal-ħaddiema Maltin li jagħmlu sahra kemm iridu, seta’ kien fil-periklu għax mas-sħubija fl-Unjoni Ewropeja, il-Partit Laburista kien ser jingħaqad mas-soċjalisti u l-ħodor Ewropej u jaħdem biex jitneħħa dan id-dritt tal-ħaddiema Maltin.
Il-Gvern Nazzjonalista kien, għadu u jibqa’ konsistenti fuq id-dritt ta’ ħaddiema Maltin li jagħżlu huma kemm jaħdmu siegħat ta’ sahra fil-ġimgħa. Kontra dak li għamlu l-maġġoranza tad-deputati tal-Partit Laburista fil-Parlament Ewropew, il-Gvern Malti diġa’ oppona fil-Kunsill tal-Ministri, l-emenda biex id-dritt li għandhom il-ħaddiema Maltin sa’, llum jitneħħa. Il-Gvern Nazzjonalista ser jibqa’ sod fuq il-pożizzjoni tiegħu li dan id-dritt ma’ jkunx mittiefes. Il-Partit Laburista għandu jappoġġja lill-Gvern f’din il-pożizzjoni u ma’ jħallix lid-deputati tiegħu jkunu kompliċi mas-soċjalisti u l-ħodor Ewropej, li qed jagħmlu minn kollox biex dan id-dritt jitneħħa.
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946