Left arrow Go Back

-IL-GVERN FAVUR IL-ĦARSIEN TAL-WIED TAL-KALKARA

PR0690
Date Icon 13/05/2005

Id-deċiżjoni li ħa l-Gvern fl-2002 li fil-Wied tal-Kalkara tonqos sostanzjalment l-art għall-bini, effettivament fissret li l-Wied tal-Kalkara kien salvat milli jkun żviluppat kif kien qed ikun propost qabel.”  Dan qalu l-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino b’reazzjoni għall-istqarrija tal-Kumissjoni tal-Knisja dwar l-Ambjent dwar l-iżvilupp fil-Wied tal-Kalkara. 

Kuntrarjament għall-impressjoni li tat l-istqarrija tal-Kummissjoni tal-Knisja, il-Gvern mhux talli ma żiedx l-art għall-bini, iżda naqqas l-art għall-bini b’10,000 metru kwadru, li jfisser tnaqqis ta’ għaxart’itmiem ta’ art.  L-art li tnaqqset kienet art li kienet ilha għall-bini mis-snin sittin. 

Dan il-fatt ma jissemma imkien fl-istqarrija tal-Kummissjoni tal-Knisja dwar l-Ambjent.  Tajjeb wieħed jgħid li din id-deċiżjoni ttieħdet minkejja li ħafna mill-art li tnaqqset miż-żona ta’ żvilupp hija propjeta’ tal-familja ta’ persuna li kien deputat tal-Partit Nazzjonalista fl-2002.  Minkejja dan, il-Gvern xorta aġġixxa biex il-Wied tal-Kalkara jkun salvat, kif jidher mill-pjanti li qed ikunu annessi ma’ din l-istqarrija. 

Fil-kummenti tagħha l-Kummissjoni tal-Knisja dwar l-Ambjent tinjora diversi fatturi importanti oħra dwar dan il-każ.  Fost dawn hemm li l-art li tħalliet biex fuqha jkun jista’ jsir żvilupp hija art li tmiss ma’ żoni fejn diġa sar żvilupp, liema art m’hijiex fil-Wied tal-Kalkara iżda tagħti għal fuq ix-xatt tal-Kalkara. 

Minbarra li l-Kummissjoni messha kkunsidrat u semmiet il-fatti kollha dwar dan l-iżvilupp, il-Kummissjoni tal-Knisja dwar l-Ambjent għandha żżomm quddiem għajnejha li minħabba ċ-ċokon ta’ pajjiżna, l-art għandha valur kbir u kull deċiżjoni li tittieħed tħalli effett kbir u dirett fuq in-nies li jkunu s-sidien ta’ dik l-art. 

Fatt ieħor li l-Kummissjoni tal-Knisja naqset milli ssemmi hu li kien biss fl-1989 li għall-ewwel darba f’pajjiżna sar eżerċizzju li bih tnaqqset l-art għall-bini, minkejja li l-Gvern kien jaf li dik ma kenitx se tkun deċiżjoni popolari.  Dik id-deċiżjoni wasslet biex intlaqtu ħażin ukoll nies li kienu xtraw propjeta’  mingħand il-Knisja. 

Il-politika tal-Gvern minn dejjem kienet favur il-ħarsien ta’ siti bħalma hu l-Wied tal-Kalkara u l-fatti jikkonfermaw li kienet id-deċiżjoni tal-Gvern li wasslet biex żdiedet l-area li fuqha ma jistax isir żvilupp fil-Wied tal-Kalkara. 

Il-Gvern kien jistenna li l-Kummissjoni tal-knisja turi l-apprezzament u l-appoġġ tagħha għal dawk l-istituzzjonijiet li marru kontra l-kurrent ta’ l-interess ekonomiċi u naqsu dan l-iżvilupp b’aktar minn għaxart’itmiem ta’ art.

pr0690a

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow