SOSPENSJONI TEMPORANJA TAS-SERVIZZ TAL-HYPERBARIC UNIT (DECOMPRESSION CHAMBER)
PR0684
13/05/2005
Id-Diviżjoni tas-Saħħa tixtieq tinforma lill-pubbliku li minħabba xogħol imprevist u urġenti li qiegħed isir fil-Hyperbaric Unit ta' l-isptar San Luqa, (magħruf ukoll bħala d-Decompression Chamber), mhux ser ikun possibli li jiġi offrut servizz minn din it-taqsima, bejn illum il-Ġimgħa 13 ta' Mejju u nhar il-Ħadd, 15 ta' Mejju.
Għaldaqstant bħala prekawzjoni, id-Diviżjoni tas-Saħħa tissuġġerixxi li wieħed għandu jevita kull attività ta' taħt il-baħar matul dan il-perjodu.
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946