TWEĠIBA GĦALL- ISTQARRIJA TAL-KELLIEM TA’ L-OPPOŻIZZJONI DWAR GĦAWDEX
Fi stqarrija mimlija b’kummenti u konklużjonijiet bla bażi, il-Kelliem ta’ l-Oppożizzjoni l-Onor Anton Refalo, ibbaża l-fehmiet tiegħu fuq informazzjoni li jgħid li għandu li “mill-1 ta’ Ġunju 2005 se jerġgħu jogħlew in-nollijiet tal-vapur ta’ Għawdex għall-passiġġieri Għawdxin minn 50ċ għal 75ċ.”
Din l-informazzjoni hi żbaljata. L-Avviż Legali ppubblikat f’Ġunju 2004 kien wera biċ-ċar li m’hemm l-ebda żieda kontemplata għall-passiġġieri Maltin jew Għawdxin fin-noll tal-vapur t’Għawdex. In-noll għall-Għawdxin f’Ġunju 2004 kien 50ċ u f’Ġunju 2005 se jkun 50ċ u f’Ġunju 2006 ser jibqa’ 50ċ. In-noll għall-passiġġieri anzjani f’Ġunju 2004 kien 75ċ u f’Ġunju 2005 se jkun 75ċ u f’Ġunju 2006 ser jibqa’ 75ċ. In-noll għall-passiġġieri l-oħra f’Ġunju 2004 kien Lm2.00 u f’Ġunju 2005 se jkun Lm2.00 u f’Ġunju 2006 ser jibqa’ Lm2.00.
Din mhiex xi rivelazzjoni ġdida, iżda fatt dikjarat minn Avviż Legali li ilu pubbliku kważi sena sħiħa.
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946