Left arrow Go Back

ŻVILUPP FIL-BAJJA TA’ SAN ĠORĠ

PR0664
Date Icon 10/05/2005

Il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura jirriferi għal rapporti f’sezzjoni tal-media għal ftehim milħuq bejn il-Gvern u l-Intercontinenal Hotel dwar il-bajja ta’ San Ġorġ.  

Il-Ministeru jfakkar li wara sejħa pubblika l-management ta’ l-Intercontinental Hotel ingħata l-offerta biex jiżviluppa u jopera restaurant/snack bar fuq il-platform tal-konkos li nbena fuq il-lemin tal-bajja bħala parti mill-proġett. Il-management għandu permess ukoll li jopera kiosk żgħir f’nofs il-bajja fejn ma jistax ikun preparat ikel u permess li jikri deckchairs u umbrelel fuq is-sit ħdejn ir-ristorant.  

Il-management tal-lukanda Intercontinental għandu permess biss li jopera n-negozju tiegħu fuq parti żgħira ħafna mill-bajja. Il-parti  li fuqha jkunu jistgħu jitqiegħdu deckchairs u umbrelel hi fuq encroachment terms, skond konċessjonijiet simili f’bajjiet oħra. Il-konċessjoni tar-restaurant u l-kiosk ingħatat għal perjodu ta’ 50 sena skond il-kundizzjonijiet fit-tender pubblika.  

Il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura jagħmilha ċara li l-bajja se tibqa’ aċċessibbli għall-pubbliku kif inhi llum, li jfisser li l-pubbiku jista’ jibqa’ juża l-bajja b’xejn u bl-akbar liberta’ kif għamel s’issa, anzi f’ambjent ferm isbaħ milli kien hemm qabel ma sar dan il-proġett minn dan il-Gvern. Il-lukanda Intercontinental ser tħallas fis-sena aktar minn Lm33,000 għal din il-konċessjoni, flus li se jkopru l-ispiża għall-manutenzjoni ta’ l-istess bajja, li se tibqa’ mmaniġġjata mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu.  

Ma’ din l-istqarrija qiegħda tiġi annessa pjanta li turi l-post fejn se jinbena r-ristorant, l-area għall-umbrelel u deckchairs u l-post f’nofs il-bajja fejn se jinbena kiosk żgħir.  

Għalhekk kull min qed ixerred xnigħat li l-bajja mhux se tibqa’ pubblika u aċċessibbli għall-pubbliku, fir-realtà qed ixxerred xnigħat foloz, intiżi biss għal skopijiet ulterjuri.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow