Left arrow Go Back

APPELL LIS-SOĊJETÀ ĊIVILI DWAR L-EMENDA KOSTITUZZJONALI KONTRA L-ABORT

PR0652
Date Icon 09/05/2005

Wara li l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern Dr Tonio Borg nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Mejju ħabbar li l-Gvern ser iressaq emenda li permezz tagħha l-abort ser ikun projbit fil-Kostituzzjoni ta’ Malta, il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern ippublika ittra li ser tintbagħat lill-għaqdiet u assoċjazzjonijiet kollha f’Malta u Għawdex biex jinkiseb kemm jista’ jkun appoġġ għall-proposta tal-Gvern.  

Il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern wera s-sodisfazzjon għall-fatt li diġà kien hemm stqarrijiet ta’ appoġġ minn diversi sezzjonijiet tas-soċjetà, fosthom l-Arcisqof ta’ Malta u d-deputata ta’ l-Oppożizzjoni, l-Onor. Marie Louise Coleiro.  Huwa ta’ sodisfazzjon ukoll li l-President tal-Pontificia Accademia per la Vita tal-Vatikan, Monsinjur Elio Sgreccia qal li dan huwa messaġġ importanti li Malta qed tibgħat lejn l-Ewropa.  

Il-Ministeru jistieden lil kull min, anki jekk ma jirċieviex l-ittra, jixtieq jappoġġa l-proposta tal-Gvern biex jagħmel dan permezz ta’ ittra lill-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern, Auberge d’Aragon, Pjazza Indipendenza, Valletta.      

… / Kopja ta’ l-ittra

… / Kopja ta’ l-Emenda Kostituzzjonali

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow