Left arrow Go Back

IL-KUNSILL LOKALI TA’ TAL-PIETA’ JIPPREŻENTA KTIEB LILL-VIĊI PRIM MINISTRU

PR0629
Date Icon 04/05/2005

“Hija tradizzjoni sabiħa li toroq ikunu msemmija għal persuni li spikkaw fix-xogħol tagħhom jew bil-ħila tagħhom. Dan huwa rikonoxximent għas-servizz li taw lil pajjiżhom u biex fuq kollox il-memorja tagħhom tkompli. Kien għalhekk li l-Kunsill Lokali  ta’ Tal-Pieta ddeċieda li jikkummissjona studju dwar il-personalitajiet li għandhom toroq imsemmija għalihom fil-Pietà.”  

Hekk qal is-Sindku ta’ Tal-Pieta’,  Dr Malcolm Mifsud meta kien qed jippreżenta kopja ta’  pubblikazzjoni ta’  l-istess Kunsill, bl-isem: “Personalitajiet li għandhom toroq imsemmija għalihom fil-Pietà”, xogħol ta’ l-istoriku Winston L. Zammit, lill-Viċi Prim Ministru u Ministru responsabbli mill-Gvern Lokali, l-Onor.  Dr. Tonio Borg. 

Dr. Mifsud qal li l-għan tal-ktieb huwa dak li tinżamm ħajja l-memorja ta’  personalitajiet f‘diversi oqsma bħal mediċina, l-amministrazzjoni pubblika, negozju, letteratura u fil-ħajja reliġjuża.  Is-Sindku rringrazzja lill-istudjuż ta’  l-istorja Winston L. Zammit, għal biċċa xogħol li għamel, peress li din kienet tinvolvi element kbir ta’  ricerka li ħafna drabi ma kienetx waħda faċli.  

Il-Vici Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern Dr. Tonio Borg, filwaqt li rringrazzja lil Dr. Mifsud, faħħar l-inizjattiva tal-Kunsill li jaghti ġieħ lill-personaġġi li ddistingwew ruhhom għal ħidma li wettqu f’hajjithom.  

Dr Tonio Borg innota b’sodisfazzjon kemm il-Kunsilli evolvaw f’dawn l-aħħar ħdax-il sena li ilhom imwaqqfa. Minn responsabbiltajiet ristretti għall-indafa fil-lokalitjiet rispettivi tagħom, illum il-Kunsilli Lokali, minbarra li saħħew it-tmexxija lokali, qed jimirħu fl-oqsma tal-kultura, edukazzjoni u attivitajiet soċjali għal ġid tar-residenti fil-lokalitajiet.  Huwa ħeġġeġ lil Kunsilli oħra biex jieħdu iktar inizjattivi bħal dawn li zgur jgħinu biex l-ibliet u rħula Maltin u Għawdxin jisħqu fuq l-identita partikolari tagħhom.  

Il-ktieb ser jitqassam lir-residenti kollha tal-Pieta` u Gwardamanġia, biex kulħadd ikun jaf min kien dik il-persuna li għaliha ssemmiet it-triq tiegħu u b’hekk l-indirizzi tar-residenti jingħataw tifsira.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow