Left arrow Go Back

KUNDANNA QAWWIJA GĦAL ATT VANDALU MA’ BIEB IL-BOMBI

PR0620
Date Icon 03/05/2005

Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura jikkundanna bil-qawwa kollha l-att vandalu u tal-mistħija mwettaq minn nies irresponsabbli ma’ Bieb il-Bombi, fil-Furjana.  

Jidher li tard mal-lejl li għadda, intefa’ ammont ta’ qatran f’żewġ partijiet ta’ dan il-monument storiku.  

Il-Ministru Ninu Zammit stqarr li diġà nbdiet il-ħidma sabiex tiġi rranġata din il-ħsara. Bieb il-Bombi kien ġie restawrat fl-2003 b’investiment ta’ madwar Lm55,000.  

Fl-aħħarnett, il-Ministeru jappella lil pubbliku biex min għandu informazzjoni dwar dan l-att vandalu, javviċina immedjatament lill-Pulizija.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow