Left arrow Go Back

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI EDWIN VASSALLO JILTAQA’ MAL-PRESIDENT IL-ĠDID TAL-GRTU

PR0592
Date Icon 28/04/2005

Is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Zgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo kellu laqgħa li fiha ltaqa’ mas-Sur Paul Abela għall-ewwel darba fil-kariga tiegħu bħala l-President il-ġdid tal-GRTU.  Għal din il-laqgħa kien hemm preżenti wkoll is-Sur Vince Farrugia, li huwa d-Direttur Ġenerali tal-GRTU.  

F’din il-laqgħa, is-Segretarju Parlamentari Vassallo ta kopja tal-Programm ta’ Ħidma tas-sena li għaddiet li kien iġib l-isem “Biex Malta tikber fl-Unjoni Ewropea, flimkien irridu niffaċilitaw in-Negozju”.  Fid-diskors tieghu, is-Segretarju Parlamentari Vassallo għamel enfasi fuq il-kelma “Niffaċilitaw”, u dan għaliex skond l-Onor. Vassallo, “kemm-il darba rridu l-ekonomija tikber, allura kulħadd irid jifhem id-dmir li kull wieħed għandu li jiffaċilita n-negozju.  Ma jistax ikollna t-tkabbir ekonomiku li neħtieġu kemm-il darba ma niffaċilitawx il-kummerċ. F’pajjiżna l-akbar investiment li kellna kien min-negozji żgħar tagħna li wassal biex is-sena l-oħra ħoloq 1,033 impjieg.  Kull settur żgħir iħaddem ħafna nies u meta wiehed ipoggi flimkien dawn is-setturi kollha, li wahedhom jidhru li huma żgħir, u jara n-numru ta’ ħaddiema li jħaddmu flimkien, jara li n-negozji żgħar jammontaw għal kwantita’ kbira ta’ ħaddiema.”  

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo ta wkoll kopja tal-Programm ta’ Ħidma propost mis-Segretarjat għas-sena li ġejja.  Dan il-Pjan ta’ Hidma ser ikollu bħala objettiv: “Bl-Iżvilupp ta’ l-Imprenditorija f’Pajjiżna Insostnu n-Negozju u Noħolqu Impjiegi Ġodda”.  

Minn kliem is-Segretarju Parlamentari Vassallo, ħareġ ċar li huwa jemmen li meta l-Gvern ser ikun qiegħed jaħdem biex jiffaċilita l-kummerċ, il-Gvern ikun tabilħaqq qed jaħdem biex joħloq l-impjiegi ġodda, u allura wieħed jara kif bil-ħidma kontinwa tieghu, il-Gvern qed jibni kultura imprenditorjali maħsuba biex timplimenta politika li kontinwament tiffaċilita l-kummerċ.

Is-Segretarju Parlamentari tkellem ukoll dwar il-ħtieġa ta’ ħidma b’sinerġija minn dawk kollha li qed joffru servizz lejn min qiegħed fin-negozju, u dan biex ikunu individwalizzati issues li jkunu jeħtieġu ħidma aktar intensa, biex dawn l-issues ikunu solvuti.  “Jeħtieġ li nipprioritizzaw, naħmdu aktar flimkien b’risq l-iżvilupp tal-ħidma imprenditorjali f’pajjiżna.  Sar ħafna, iżda baqa’ ħafna xi jsir.”  Hawn is-Segretarju Parlamentari awgura ħidma tajba u fejjieda lis-Sur Paul Abela, u wiegħed li bħala Segretarju Parlamentari, huwa lest li jiltaqa’, jitkellem u jitgħallem mingħand kull min huwa lest li jservi u jkun ta’ għajnuna.  

Min-naħa tiegħu, is-Sur Paul Abela wera l-apprezzament tiegħu għall-ħidma tal-Gvern permezz tas-Segretarjat immexxi mis-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo u wiegħed li ser jitkellem ma’ sħabu fil-Kunsill tal-GRTU biex jinstab metodu fejn kemm il-GRTU u s-Segretarju Parlamentari Vassallo jkunu qed jaħdmu qrib ta’ xulxin għas-soluzzjoni ta’ problemi li jiltaqgħu magħhom is-self employed u n-negozji żgħar f’pajjiżna.    

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow