TARIFFI TA’ L-EŻAMIJIET TA’ LIVELL PROFESSJONALI
B’ referenza għal rapporti li dehru f’sezzjoni tal-medja dwar it-tariffi għal eżamijiet ta’ livell universitarju (diplomas u degrees) id-Dipartiment ta’ l-Eżamijiet irid jiċċara li l-"Programm ta' Edukazzjoni" ma' l-Universita ta' Londra li ssemma m'hu xejn ħlief eżamijiet ta' korsijiet ta’ livell terzjarju ta' Diploma jew Degree li toffri l-istess Università ta’ Londra.
Biex dawn l-istudenti jagħmlu dawn l-eżamijiet iħallsu mijiet ta' liri (medja ta' 400 lira sterlina) lil din l-istituzzjoni barra minn Malta . Minn dawn il-flus, id-Dipartiment ma jieħu xejn lura. L-ispiża tas-servizz li jagħti d-Dipartiment ta' l-Eżamijiet lil dawn il-kandidati jlaħħaq għal eluf ta' liri u l-ammont miġbur anke ta’ Lm 10 għal kull eżami jkopri biss frazzjoni mill-ispiża totali. Ta' min isemmi li dawn l-eżamijiet jkopru l-eżamijiet kollha tas-sessjoni li joqgħod għalihom kull kandidat u l-Lm10 mitluba jkopru biss frazzjoni ta’ l-ispejjeż involuti.
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946