Left arrow Go Back

XOGĦOL FL-ISKOLA TA’ ĦAL-KRKOP

PR0564
Date Icon 21/04/2005

B’referenza għall-Istqarrija għall-istampa maħruġa mis-Sindku tal-Kunsill Lokali Kirkop is-Sur Mario Salerno , il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni jixtieq jagħmel dawn ir-rimarki:  

Il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni diġa` investa b’mod sostanzjali biex l-iskola primarja ta’ Ħal Kirkop ikollha klassijiet u faċilitajiet edukattivi mill-aħjar.  Xogħol ieħor kien beda jsir fuq il- ‘ground’ ta’ l-iskola.  

Wara li ġew solvuti numru ta’ diffikultajiet li kellha l-FTS, ix-xogħol fuq dan il-ground ser jitkompla biex ikun lest għall-użu tat-tfal ta’ l-iskola għas-sena skolastika li jmiss li tibda f’Settembru li ġej.   

Il-Ministru Louis Galea flimkien ma’ delegazzjoni ta’ l-FTS din il-ġimgħa żar l-iskola u l-ground tagħha u fil-preżenza tal-kap ta’ l-iskola, ġie mogħti t-tagħrif meħtieġ dwar ix-xogħol li ser isir.  

Il-ground li fuqu qed jaħdem il-Ministeru permezz ta’ l-FTS ser jinkludi faċilita` għal dixxiplini sportivi differenti kif ukoll faċilitajiet sanitarji u dressing rooms. Il-ground huwa parti mill-iskola u ser jibqa` taħt ir-responsabbilita` tad-direzzjoni ta’ l-awtoritajiet edukattivi.    

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow