Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TA’ L-OMBUDSMAN

PR0552
Date Icon 20/04/2005

Ftit ġimgħat ilu l-Uffiċċju ta’ l-Ombudsman semma’ fil-beraħ każ ċar ta’ amministrazzjoni ħażina mill-Kunsill Lokali tan-Naxxar u mill-Kumitat Konġunt Tramuntana.  Dan il-każ kien dwar sid ta’ karozza minn Għawdex li kellu jidħol fi spejjeż bla bżonn u joqgħod jinqala’ minn pajjiżu u jiġi Malta biex iwieġeb taħrika fuq kontravenzjoni tat-traffiku li hu suppost wettaq fil-limiti tan-Naxxar bil-karozza tiegħu, meta din il-karozza kienet Għawdex u hu ma kellu x’jaqsam xejn ma’ din il-kontravenzjoni.   

Bi pjaċir l-Uffiċċju ta’ l-Ombudsman jinnota li l-pubbliċità li kien ta lil dan il-każ fuq il-media lokali tat il-frott mixtieq.  

L-Uffiċċju ta’ l-Ombudsman dan l-aħħar sar jaf li dan l-aħħar il-Kumitat Konġunt Tramuntana skuża ruħu ma’ sid il-karozza għall-inkonvenjenza li kien ikkawżalu bil-passi li ħa kontrih meta ma kienx hemm lokhom.  Barra minn dan il-Kumitat Konġunt bagħat ħlas ex gratia bħala kumpens ta’ l-aġir tiegħu ma’ din il-persuna Għawdxija.  

Dan hu eżempju ta’ kemm qed tikseb għarfien il-ħidma ta’ l-Ombudsman biex awtoritajiet u ażjendi pubbliċi f’pajjiżna jirrispettaw id-dritt fundamentali ta’ kull ċittadin għal amministrazzjoni pubblika tajba.  Dan l-eżempju juri wkoll li tinsab miexja ’l quddiem kultura ġdida li tagħraf li għandu jingħata kumpens f’każijiet fejn jinstab li l-ilmenti taċ-ċittadini huma ġustifikati.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow