Left arrow Go Back

ŻJARA F’MALTA MILL-KUMITAT TAS-SAJD TAL-PARLAMENT EWROPEW

PR0542
Date Icon 18/04/2005

Il-Kumitat tas-Sajd tal-Parlament Ewropew se jagħmel żjara uffiċjali f’Malta bejn nhar it-Tlieta, 19 u l-Ħamis, 21 ta’ April 2005.  

Id-delegazzjoni, li se titmexxa mill-viċi president tal-Kumitat, Rosa Miguelez Ramoz, se tinkludi wkoll 14-il deputat tal-Parlament Ewropew, fosthom id-deputat EwroMalti David Casa.  Id-delegazzjoni tinkludi rappreżentanza minn kull formazzjoni politika li huma rappreżentati fil-Parlament Ewropew.  

Il-qofol taż-żjara tad-delegazzjoni se jintlaħaq b’laqgħa uffiċjali mal-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino u mas-Segretarju Parlamentari għall-Agrikoltura u Sajd, Frans Agius.  Matul il-laqgħa mistennija jkunu diskussi punti ta’ interess għal pajjiżna bħalma hu l-Fond Ewropew għas-Sajd u l-miżuri tekniċi tal-Mediterran.  Id-delegazzjoni se jkollha wkoll laqgħat separati mas-sajjieda Maltin u Għawdxin.  

Matul iż-żjara f’Malta, id-delegazzjoni se tindirizza konferenza ta’ l-aħbarijiet biex tagħti dettalji dwar iż-żjara u l-laqgħat f’pajjiżna.  

Id-deputati tal-Parlament Ewropew mistennija jagħmlu żjarat ta’ kortesija lill-President u lill-Prim Ministru, u se jżuru wkoll Marsaxlokk u l-gżira t’Għawdex.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow