Left arrow Go Back

IL-LECTURE LI JMISS MIS-SENSIELA GREEN WINDOW SE JITRATTA T-TEMA TAT-TIBDIL FIL-KLIMA

PR0466
Date Icon 30/03/2005

Il-lecture li jmiss mis-sensiela Green Window se jitratta t-tema attwali tat-tibdil fil-klima u l-impatt li l-greenhouse effect qed iħalli fuq il-klima dinjija. Għal dan l-iskop ġie mistieden Sir John Houghton, li sa ftit żmien ilu kien ic-Chairman tas-Scientific Assessment Working Group for the Intergovernmental Panel on Climate Change.  

Il-lecture ta’ Sir John Houghton se jsir nhar l-Erbgħa 13 t’April, 2005 fis-6.30 ta’ filgħaxija fis-sala Dimech, f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi l-Belt.  Id-dħul għal-lecture huwa bla ħlas u kull min jixtieq jattendi għandu jċempel fuq 2295 2120 biex jirriserva l-post tiegħu.  

Il-lectures pubbliċi Green Window, li jsiru kull xahrejn, huma inizjattiva tal-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent u għandhom l-għan li jxerrdu informazzjoni dwar temi ambjentali li jolqtuna mill-qrib.  Dan isir permezz ta’ kelliema influenti li jaqsmu l-esperjenza vasta tagħhom fl-oqsma fejn huma speċjalizzati.  

Din il-lecture se ssir bil-kollaborazzjoni ta’ l-Air Malta , l-Bank of Valletta , il-lukanda Dolmen u Dar il-Mediterran għall-Konferenzi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow