Left arrow Go Back

L-EŻAMI ORGANIZZAT MILL-EFL MONITORING BOARD

PR0462
Date Icon 29/03/2005

Nhar is-Sibt li għadda sar eżami ta’ l-Ingliż organizzat mill-English as a Foreign Language (EFL) Monitoring Board li jservi biex il-kandidati jkunu jistgħu jieħdu liċenzja li jgħallmu l-Ingliż lill-barranin.  

Meta tqassmet il-karta lill-kandidati kien innutat li tliet domandi li kienu jġorru 36 minn total ta’ 400 marka, kellhom żbalji tipografiċi li minħabba fihom dawn it-tliet domandi ma setgħux jinħadmu.  

Għalkemm fiċ-Ċentru ta’ l-Eżamijiet f’Għawdex u fl-Iskola Primarja tal-Belt l-eżami baqa’ għaddej mingħajr problemi, wara li l-invigilators spjegaw kif għandu jitkompla l-eżami, fiċ-Ċentru ta’ Sant’Iermu nqalgħu problemi wara protesti minn xi kandidati, anki jekk eventwalment kompla l-eżami f’dan iċ-Ċentru wkoll. Fejn kien hemm il-ħtieġa ngħata ħin żejjed fuq il-ħin allokat għall-eżami.  

Ġie deċiż li fiċ-ċirkostanzi t-tliet mistoqsijiet fil-karta li ma setgħux jinħadmu ma jiġux ikkunsidrati meta tiġi kkoreġuta l-karta.  

Filwaqt li l-Monitoring Bord u d-Dipartiment ta’ l-Eżamijiet jiskużaw ruħhom għal kull inkonvenjent, hu assigurat li l-ebda kandidat mhu se jiġi żvantaġġjat minħabba dawn iċ-ċirkostanzi.  Qed isiru l-investigazzjonijiet meħtieġa biex problemi simili jiġu evitati fil-futur.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow