Left arrow Go Back

INAWGURAT UFFIĊJALMENT IL-PROĠETT TA’ TISBIĦ TA’ “ĠNIEN MISRAĦ IL-MISSJONI IŻ-ŻGĦIRA” FL-IMQABBA

PR0456
Date Icon 28/03/2005

Intemm ix-xogħol ta’ bini ta’ ġnien ġewwa r-raħal ta’ l-Imqabba, liema xogħol  twettaq mit-Taqsima tax-Xogħlijiet fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura. Ix-xogħol fuq dan il-ġnien beda f’Novembru 2004. Dan qalu il-Ministru Ninu Zammit f’okkażjoni tal-ftuħ uffiċjali ta’ dan il-proġett.

Il-Ministru Zammit spjega kif dan il-ġnien kien sofra ħsarat konsiderevoli matul is-snin minħabba l-fatt li l-istess ġnien kien ġie mibni fuq barriera li kienet fonda ħames sulari. Partijiet minn dan il-ġnien sfrundaw minħabba li l-art strieħet matul iż-żminijiet. Tneħħa kwantita’ kbira ta’ terrapien sabiex ingħatat sodda tal-konkos li fuqha reġa nbena l-ġnien.

Dan il-proġett ikkonsista wkoll f’pavimentar tal-ġnien, arbli tad-dwal ġodda u installazzjoni ta’ bankijiet. L-istreet furniture  li kkumplimentat dan il-ġnien u l-madwar inħadem kollu mill-ħaddiema tat-Taqsima tal-Manifattura u Servizzi fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura.

Flimkien mal-ġnien, permezz tal-joint venture bejn il-Ministeru, il-Kunsill Lokali ta’ l-Imqabba u l-Imqabba Football Club, sar ukoll xogħol strutturali u faċilitajiet sanitarji fil-football ground tal-5-a-side li jinsab faċċata tal-ġnien. Il-ħaddiema tal-Gvern wettqu wkoll xogħol ta’ asfaltar mad-dawra tal-ġnien bi l-għan li l-madwar ta’ din iż-żona fl-Imqabba tissebbaħ għal ġid tar-residenti.

Il-Ministru Zammit, filwaqt li rringrazzja lil-Kunsill Lokali Mqabba u lill-uffiċjali ta’ Mqabba Football Club tal-kollaborazzjoni tagħhom fit-twettiq ta’ dan il-proġett, ħeġġeġ lil iktar entitajiet simili biex flimkien mal-Ministeru jwettqu proġetti għal ġid tar-residenti tagħhom.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow