Left arrow Go Back

IL-GVERN MALTI JIĊĦAD BIL-QAWWA KOLLHA L-ALLEGAZZJONIJIET MAGĦMULA MILL-PROKURATUR TA’ MODICA

PR0453
Date Icon 26/03/2005

Il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern jagħmel referenza għal stqarrijiet lil media li għamel il-Prokuratur ta’ Modica, Domenico Platania.

Il-Gvern Malti jiċħad bil-qawwa kollha l-allegazzjonijiet li għamel il-Prokuratur ta’ Modica Domenico Platania li l-Gvern Malti u l-awtoritajiet tal-pulizija ma jikkoperawx ma’ l-awtoritajiet Taljani dwar l-immigrazzjoni irregolari. Ma hemm l-ebda talba pendenti ta’ l-awtoritajiet Taljani għal estradizzjoni ta’ xi ċittadini Maltin li hu maħsub li huma involuti fit-traffikar ta’ immigranti.  Xhieda tal-koperazzjoni li teżisti bejn iż-żewġ pajjiżi, huwa l-fatt li meta l-awtoritajiet Taljani talbu l-estradizzjoni ta’ ċittadini Maltin li kienu suspettati bi traffikar illeċitu ta’ persuni bejn iż-żewg pajjiżi, erba’ persuni Maltin intbgħatu l-Italja.  Il-Gvern Malti ser jipprotesta uffiċjalment, permezz ta’ note verbale, mal-Gvern Taljan dwar l-istqarrijiet tal-Prokuratur Platania.

Dwar il-46 persuna li hemm arrestati fl-Italja u li l-awtoritajiet Taljani qed jallegaw li telqu minn Malta, s’issa mill-informazzjoni li bagħtu il-pulizija Taljana lill-pulizija Maltija, ma jirriżultax li dawn iċ-ċittadini Ċiniżi kellhom visa maħruġa mill-awtoritajiet Maltin, ħlief għal erba – tlett persuni mill-Colombia u persuna miċ-Ċina. L-awtoritajiet Maltin talbu uffiċjalment li dawn il-persuni jintbgħatu lura Malta biex jgħinu lill-pulizija fl-investigazzjonijiet tagħha. Sadanittant il-pulizija Maltija talbet lill-awtoritajiet Taljani biex jibgħatu ritratti tal-persuni li għad fadal, biex jiġi stabbilit jekk dawn il-persuni kellhomx visa maħruġa mill-awtoritajiet Maltin. Jekk jiġi aċċertat li xi nies telqu minn Malta, Malta tonora l-impenji internazzjonali u bilaterali ma’ l-Italja u taċċetta li dawn jinġiebu lura Malta.

Dwar it-traġedja li seħħet kmieni il-bieraħ, il-Pulizija ta’ Malta għadha għaddejja bl’investigazzjonijiet tagħha dwar il-każ, u illum il-Kummissarju tal-Pulizija ħareġ stqarrija dwar il-każ.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow