Left arrow Go Back

PROGRAMM TA' ATTIVITAJIET FL-OKKAŻJONI TAL-FESTA NAZZJONALI TA' JUM IL-ĦELSIEN NHAR IL-ĦAMIS, 31 TA' MARZU, 2005

PR0446
Date Icon 23/03/2005

Il-Kumitat Festi Nazzjonali qed jorganizza dawn l-attivitajiet biex jitfakkar "Jum il-Ħelsien" nhar il-Ħamis, 31 ta' Marzu, 2005. 

ĊERIMONJA KOMMEMORATTIVA 

09.30 a.m.       Il-Banda tal-Forzi Armati u l-Gwardja ta' l-Unur tifforma fi Pjazza Gavino Gulia, Bormla

09.35 a.m.       Jibda marċ minn Pjazza Gavino Gulia, li jgħaddi via x-Xatt ta' Bormla, Triq Santa Tereża u Triq San Lawrenz, Birgu sa quddiem il-Monument tal-Ħelsien, Birgu.

09.48 a.m.        Wasla tal-Kmandant tal-Forzi Armati

09.51 a.m.        Wasla tal-Prim Ministru

09.55 a.m.        Wasla tal-E.T. il-President ta' Malta

L-E.T. il-President ta' Malta jispezzjoni l-Gwardja ta' l-Unur

                        L-E.T. il-President ta' Malta u l-Prim Ministru jqiegħdu bukketti fuq il-Monument. Tindaqq il-Fanfara u jsir it-tqegħid tal-bukketti.

                        Jindaqq l-Innu Nazzjonali      

REGATTA 

1.30 p.m.        Regatta Tradizzjonali fil-Port il-Kbir.  Ikun hemm tiġrijiet tad-Dgħajjes A tal-Midalji Frejgatini - Dgħajjes C tal-Pass - Kajjikki - Dgħajjes B tal-Pass fil-Kategoriji Open u dik Reserves. Wara kull tiġrija ssir il-preżentazzjoni tat-tazzi u l-palji tat-tiġrija partikolari lill-ewwel tlett opri klassifikati.  Wara li jispiċċaw it-tiġrijiet kollha ssir il-preżentazzjoni tax-"Shield" lill-klabb li jikseb l-akbar għadd ta' punti fit-tiġrijiet tal-Kategorija 'Open' u oħra fil-Kategorija reserves.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow