Left arrow Go Back

IL-GVERN SE JKOMPLI JAGĦMEL ĦILTU BIEX JITĦARSU R-REGOLAMENTI TAL-KAĊĊA U L-INSIB

PR0430
Date Icon 22/03/2005

Il-Gvern qed jaħdem bis-sħiħ biex ir-regolamenti tal-kaċċa u l-insib jiġu mħarsa. Għal dan il-għan, il-bieraħ saret laqgħa preseduta mill-Ministru għall-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent, George Pullicino mal-Kummissarju tal-Pulizija, is-Sur John Rizzo, mal-Kap tal-Forzi Armati, il-Brigadier Carmel Vassallo u maċ-Chairman tal-Kumitat ‘Ornis’,  is-Sur Joe Sultana biex tiġi kkordinata l-ħidma ta’ infurzar tal-liġi għar-rigward tal-kaċċa u l-insib, issa li l-ftuħ tal-istaġun tal-kaċċa huwa fil-qrib. 

Il-Ministeru jħeġġeg lill-għaqdiet tal-kaċċaturi u l-kaċċaturi stess biex jikkoperaw bis-sħiħ mal-Gvern u mal-forzi tas-sigurta’, sabiex titrażżan il-kaċċa illegali fi sforz biex ikunu salvagwardati l-għasafar protetti u biex jiġi mħares dak li nkiseb fin-negozjati ma’ l-Unjoni Ewropea.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow