PREŻENTAZZJONI TAL-KTIEB “ULIED MALTIN”
PR0411
18/03/2005
Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol Louis Galea ġie ppreżentat bi ktieb u DVD bl-isem ta’ “Ulied Maltin”.
Wara s-sensiela televiżiva Ulied Maltin, issa ħareg dan il-ktejjeb li huwa ta’ informazzjoni utli għal dawk kollha li japprezzaw il-patrimonju Malti. Ulied Maltin jiġbor fih 20 personalità li b’xi mod jew ieħor ħallew isimhom minqux fl-istorja, hu huwa dokumentarju dwar il-ħajja u x-xogħlijiet tagħhom.
Il-kitba hi ta’ Monique Inguanez u Vanessa Mifsud, qari ta’ Celaine Buhagiar, filmati ta’ Martin u Eleonora Abela, post-produzzjoni Eleonora Abela, produzzjoni televiżiva Kenneth Mizzi.
Il-produzzjoni eżekuttiva hi ta’ Horizons u l-Manager Director Anthony Mizzi.
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946