IL-QAGĦDA TAD-DISTRIBUZZJONI TAĊ-ĊILINDRI TAL-GASS FOST IL-KONSUMATURI
L-impjant ta’ l-ibbottiljar tal-gass fil-Qajjenza matul il-ġimgħa li għaddiet kompla b’siegħat imtawla tal-produzzjoni biex jisboq id-domanda tad-distributuri tal-gass għall-mili ta’ ċilindri vojta.
Din it-tabella turi s-siegħat ta’ xogħol maħduma u n-numru ta’ ċilindri bbottiljati fil-ġranet li għaddew:
Medja Normali
It-Tnejn 07.03.05
It-Tlieta 08.03.05
L-Erbgħa
09.03.05
Il-Ħamis 10.03.05
Il-Ġimgħa 11.03.05
Ċilindri mimlija
5,000
7,528
6,218
10,279
5,721
6,682
Tunnellati ta’ gass użati
45
112
77
119
81
90
Id-distributuri taċ-ċilindri nfurmaw lill-impjant ta’ l-ibbottiljar, li l-istokk li għandhom ta’ ċilindri huwa aktar milli jissodisfa d-domanda għall-konsumaturi. Għalhekk għall-ewwel darba f’diversi ġimgħat, l-impjant ta’ l-ibbottiljar ma ħadimx nhar is-Sibt 12, u l-Ħadd, 13 ta’ Marzu.
F’dawn il-ġranet komplew jonqsu wkoll it-telefonati mill-konsumaturi biex jitolbu li ċ-ċilindri battal tagħhom jinbidel ma’ wiehed mimli. Din it-tabella turi n-numru ta’ telefonati f’dawn l-aħħar ġranet.
Medja Normali
It-Tnejn 07.03.05
It-Tlieta 08.03.05
L-Erbgħa
09.03.05
Il-Ħamis 10.03.05
Il-Ġimgħa 11.03.05
Is-Sibt 12.03.05
Numru ta’ telefonati fuq 21651660
120
148
179
152
163
39
12
Ta’ min jgħid li matul din l-aħħar ġimgħa, saret kampanja pubbliċitarja estensiva fuq il-mezzi tal-komunikazzjoni, biex tinforma lill-pubbliku bin-numru tat-telefon għal min jixtieq jitlob informazzjoni dwar iċ-ċilindri tal-gass.
Minkejja din il-kampanja pubbliċitarja, it-total ta’ telefonati mingħand il-konsumaturi naqas minn 1,709 bejn l-1 u s-6 ta’ Marzu, għal 693 bejn is-7 u t-12 ta’ Marzu u mill-medja ta’ 2,106-il telefonata kull ġimgħa matul Frar. It-tnaqqis fin-numru ta’ telefonati huwa indikatur ieħor li d-domanda minn naħa tal-konsumaturi issa qed tintlaqa’.
Il-Gvern jixtieq jirringrazzja lill-GRTU għall-koperazzjoni tagħha fl-isforz ta’ dawn l-aħħar ġimgħatejn biex jintemm l-inkonvenjent għall-konsumaturi.
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946