Left arrow Go Back

IFFIRMAT FTEHIM BEJN IL-GVERN, L-ASSOĊJAŻŻJONI TAL-KUNSILLI LOKALI U L-IPSL

PR0365
Date Icon 11/03/2005

Nhar il-Ħamis, 11 ta’ Marzu 2005, ġie iffirmat ftehim bejn il-Gvern, l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u l-IPSL, fejn permezz ta’ dan il-ftehim, il-Gvern qed jimmira li jilħaq numru ta’ għanijiet. Dettalji dwar dan il-ftehim  ingħataw waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet mogħtija mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi, mill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, Tonio Borg u mill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni,  Austin Gatt.  

L-għanijiet ta’ dan il-ftehim jinkludu l-użu tal-ħaddiema li ġew ‘redeployed’ fl-IPSL,  f’xogħlijiet produttivi u li jżidu valur lill-pubbliku. Il-Ministru Gatt fisser li b’hekk “qed inwittu t-triq għar-realizzazzjoni tal-viżjoni tagħna ta’ l-eGovernment li mhux biss noffru s-servizzi kollha permezz tal-mezzi elettroniċi iżda wkoll li nużaw it-teknoloġija biex nieħdu s-servizzi pubbliċi viċin il-klijenti permezz tal-Kunsilli Lokali.”  

Bil-ftehim tal-lum, il-Kunsilli Lokali qed jingħataw opportunita’ li jsiru “Local e-Government Agency (LeGA)”. Dan ifisser li l-Uffiċji Amministrattivi fil-pjazez tat-68 lokalità madwar Malta u Għawdex isiru front offices għas-Servizzi kollha li jipprovdi l-Gvern. L-infrastruttura ta’ l-­eGovernment tippermetti lil kull min m’għandux aċċess għat-teknoloġija xorta jgawdi mill-vantaġġi tat-teknoloġija u jiffranka l-iskariġġ u jinqeda fil-ħin li jrid jinqeda’. Iċ-ċittadin ser jibbenfika wkoll mill-fatt li ser ikun possibbli wkoll li servizzi li jridu jingħataw bil-fors b’mod personali (eżempji: bżonn ta’ verifika ta’ dokumenti jew servizzi b’mapep u pjanti) ma jibqgħux jingħataw minn post wieħed f’Malta iżda mill-Kunsilli Lokali kollha.  

Biex jgħin lill-Kunsilli Lokali jipprovdu dawn is-servizzi, l-Gvern habbar illi, l-Kunsilli Lokali kollha li għandhom Internet Centre b’aktar minn zewg kompjuters ser ikollhom il-bandwidth tagħhom miżjud għal 1024/256 K. L-ohrajn kollha ser ikollhom bandwidth ta’ 512Kb.  

Permezz ta’ dan il-ftehim il-Gvern ser jiffinanzja proġett iehor biex kull Internet Centre ta’ kull lokalità jsir Wi-Fi Internet Centre. Ta’ dan kollu,  il-Kunsilli Lokali se jħallsu  biss Lm10 fix-xahar u l-bqija ser jitħallas mill-Gvern.  

Il-Kunsilli Lokali jkunu obbligati li jagħtu  użu b’xejn lill-pubbliku ta’ dawn is-servizzi fil-bini tal-Kunsill. Apparti dan, il-Gvern ser jgħaddi lill-Kunsilli Lokali (skond id-daqs) bejn żewġ u tlett impjegati ta’ l-I.P.S.L. sabiex ikunu jistghu jwettqu xogħlijiet fil-lokalita’. Din ser tkun l-ewwel darba li l-Kunsilli Lokali Ghawdxin ser jibbenfikaw ukoll minn ‘redeployment’ ta’ haddiema maghhom. B’kollox mistennija jiġu ‘re-deployed’  ‘l fuq minn 160 impjegat.  

Il-prezz tas-servizzi kollha li ser joffru l-Kunsilli Lokali mhux ser ikunu ogħla mis-servizzi li llum jingħataw mill-uffiċċju ċentrali.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow