IR-RIŻULTATI UFFIĊJALI TA’ L-ELEZZJONIJIET TAL-KUNSILLI LOKALI FUQ IL-WEBSITE TAD-DOI
PR0356
10/03/2005
Id-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni ser jippubblika r-riżultati uffiċjali ta’ l-Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali fuq il-Website tiegħu www.doi.gov.mt
L-ewwel ma jiġu mxandra filgħaxija tas-Sibt 12 ta’ Marzu, ikunu l-persentaġġi ta’ votanti li jkunu tefgħu l-vot tagħhom.
Eventwalment, is-Sibt filgħaxija stess, jibdew jixxandru r-riżultati uffiċjali ta’ kull lokalità. Il-counts kollha jibqgħu jiġu mxandra matul il-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd, u anke matul il-jum tal-Ħadd sakemm jispiċċa l-proċess kollu ta’ l-għadd tal-voti.
Il-counting sheets, tal-lokalitajiet kollha diġà jinsabu on line fuq il-website msemmija.
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946