Left arrow Go Back

INVESTIMENT QAWWI TA’ NOFS MILJUN LIRA FIS-SETTUR TAT-TJUR

PR0355
Date Icon 09/03/2005

Is-settur tat-tjur lokali għadu kif kellu investiment qawwi ta’ madwar nofs miljun lira fl-immodernizzar ta’ l-impjant ta’ l-ipproċessar tal-kumpanija Buxom.  Dan l-investiment wassal biex l-impjant tal-Buxom sar l-ewwel wieħed f’Malta li ngħata ċertifikazzjoni mill-Unjoni Ewropea bħala mpjant approvat mill-istess Unjoni Ewropea.  

Dettalji dwar dan l-investiment ingħataw il-bieraħ filgħaxija waqt żjara li saret fl-impjant tal-Buxom fis-Siġġiewi mill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino u mis-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Biedja u Sajd Frans Agius. Matul iż-żjara ngħataw ukoll dettalji dwar il-proċeduri li qed jintużaw li huma konformi ma’ l-istandards ta’ l-Unjoni Ewropea.  

Il-Ministru Pullicino feraħ lill-kumpanija Buxom għall-investiment li daħlet għalih.  Hu qal li hu mportanti li l-konsumatur jibqa’ jżomm ruħu infurmat dwar it-tjubija u l-kwalita’ tal-prodott frisk lokali.  Il-Ministru George Pullicino qal li se jibqa’ jsir infurzar biex ikun żgurat li kulħadd qed jimxi skond ir-regoli ta’ sigurta’ fl-ikel ta’ l-Unjoni Ewropea.   

Is-Segretarju Parlamentari Frans Agius ukoll fakkar fl-importanza li l-konsumatur Malti jixtri prodott ta’ kwalita’ u qal li l-prodotti tal-kumpanija Buxom għandhom standards għolja ta’ iġjene u labelling li jippermettu li l-konsumatur ikollu l-informazzjoni kollha dwar il-prodott.  Hu qal li l-Ministeru se jibqa’ jkun impenjat li jippromwovi l-prodott lokali.  

Ta’ min jgħid li bl-investiment li sar, il-kumpanija tiggarantixxi li l-prodott frisk tagħha jasal għand il-konsumatur f’ħin ta’ madwar disa’ sigħat minn meta tinqatel it-tiġieġa.  Dan jassigura li l-konsumatur igawdi mill-aqwa tjubija u prodott ta’ l-ogħla kwalita’.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow